|
+Linja Gwida 4: Firxa limitata ta’ oġġetti jew servizzi skont l - Artikolu 3(k)(ii) tal -PSD2 |
Linja Gwida 4: Firxa limitata ta’ oġġetti jew servizzi skont l - Artikolu 3(k)(ii) tal -PSD24.1. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li sabiex l - użu ta’ strument ta’ pagament speċifiku jitqies bħala limitat għall - akkwist ta’ firxa limitata ħafna ta’ oġġetti jew servizzi skont l- Artikolu 3(k)(ii) tal - PSD2, għandu jkun hemm rabta funzjonali bejn l- oġġetti u/jew is - servizzi li jistgħu jiġu akkwistati bl - istrument ta’ pagament. 4.2. Matul il - valutazzjoni tar - rabta funzjonali bejn l - oġġetti u/jew is - servizzi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li kategorija speċifika ta’ oġġetti u/jew servizzi bi skop komuni tkun ġiet identifikata mill - emittent. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċekjaw jekk l- emittent ikunx identifika l - oġġetti u/jew is - servizzi li jaqgħu taħt il - kategorija speċifika u jekk ikunx iddeskriva r - rabta funzjonali bejniethom fin - notifika skont l - Artikolu 37(2) tal - PSD2. 4.3. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li jista’ jkun hemm rabta funzjonali bejn l - oġġetti u/jew servizzi fiżiċi u diġitali. 4.4. B’mod kumplimentari għall - valutazzjoni skont Linji Gwida 4.1 u 4.2, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, abbażi tad - daqs u l - ispeċifiċità tas - suq tagħhom, l -indikaturi addizzjonali kollha li ġejjin:
4.5. L- awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il - Linji Gwida 4.1, 4.2 u 4.4 b’mod restrittiv li ma jippermettix il - possibbiltà li strument ta’ pagament għal skop speċifiku jiżviluppa fi strument ta’ pagament għal skop ġenerali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|