+142. Fil- livell konsolidat, minbarra l - elementi koperti fit - taqsimiet ta’ hawn fuq, l - …
|
142. Fil- livell konsolidat, minbarra l - elementi koperti fit - taqsimiet ta’ hawn fuq, l - …
Fil- livell konsolidat, minbarra l - elementi koperti fit - taqsimiet ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk: - a. il- korp maniġerjali tad - ditta tal - investiment konsolidanti jifhimx kemm l - organizzazzjoni tal - grupp u r - rwoli tal - entitajiet differenti tiegħu, kif ukoll ir - rabtiet u r - relazzjonijiet bejniethom;
- b. l- istruttura organizzattiva u legali tal - grupp hijiex ċara u trasparenti, u adattata għad - daqs u l - kumplessità tan - negozju u l - operazzjonijiet;
- c. id- ditta tal - investiment tkunx stabbiliet sistema ta’ ġestjoni effettiva ta’ informazzjoni u rapportar fil - grupp kollu applikabbli għal - linji operatorji u l - entitajiet legali kollha, u jekk din l - informazzjoni hijiex disponibbli għall - korp maniġerjali tal - impriża omm tad - ditta tal - investiment fiż - żmien debitu;
- d. il- korp maniġerjali tad - ditta tal - investiment konsolidanti stabbilixxa strateġiji konsistenti fil - grupp kollu, inkluż qafas ta’ strateġija tar - riskju u ta’ aptit għar - riskju fil - grupp kollu;
- e. il- ġestjoni tar - riskju fi grupp tkoprix ir - riskji materjali kollha irrispettivament minn jekk ir - riskju jirriżultax minn entitajiet li mhumiex soġġetti għal konsolidazzjoni (inklużi SPVs, SPEs u ditti tal - proprjetà) u jekk tistabbilixxix perspettiva komprensiva fir - rigward tar - riskji kollha;
- f. meta stabbilita, il - funzjoni tal - awditu intern fil - grupp kollu hijiex indipendenti, għandhiex pjan tal - awditu bbażat fuq ir - riskju fil - grupp kollu, għandhiex biżżejjed persunal u riżorsi, għandhiex statura u linja ta’ rapportar dirett għall - korp maniġerjali tad - ditta tal - investiment konsolidanti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|