+132. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …
|
132. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …
L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega stabbilita mill - korp maniġerjali tal - monitoraġġ jew tal - ġestjoni tas - CSRBB, inkluż, iżda mhux limitat, għal dan li ġej: - (a) Persuni jew kumitati li lilhom jiġu ddelegati l - kompiti tal - korp maniġerjali għall - iżvilupp ta’ politiki u prattiki relatati mas - CSRBB, bħall - maniġment superjuri, individwi esperti jew ALCO, għandhom jiġu identifikati u jkollhom l - objettivi tagħhom stipulati b’mod ċar mill - korp maniġerjali;
- (b) Il - korp maniġerjali għandu jiżgura li jkun hemm separazzjoni adegwata tar - responsabbiltajiet fil - proċess tal - ġestjoni tar - riskju. Il - funzjonijiet ta’ identifikazzjoni, ta’ kejl, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tas - CSRBB għandu jkollhom responsabbiltajiet iddefiniti b’mod ċar, għandhom ikunu indipendenti mill - funzjonijiet ta’ teħid tar - riskju li jikkonċernaw is - CSRBB u għandhom jirrapportaw l - iskoperturi għas - CSRBB direttament lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu;
- (c) L- istituzzjoni għandha tiżgura li d - delegati tal - korp maniġerjali jkollhom linji ta’ awtorità ċari fuq l - unitajiet responsabbli mit - teħid ta’ riskju relatat mas - CSRBB. Il - mezz ta’ komunikazzjoni sabiex id - direttivi tad - delegati jingħaddu lil dawn l - unitajiet lineari għandu jkun ċar; u
- (d) Il - korp maniġerjali għandu jistabbilixxi li l - istruttura tal - istituzzjoni tippermetti li d - delegati tiegħu jwettqu r - responsabbiltajiet tagħhom, u li tiffaċilita t - teħid effettiv ta’ deċiżjonijiet u l - governanza. F’dan ir - rigward, għandu jitlaqqa’ ALCO, jew l - ekwivalenti tiegħu, b’mod regolari, u l - kompożizzjoni tiegħu għandha tirrifletti kull dipartiment kbir relatat mas - CSRBB. Il - korp maniġerjali għandu jrawwem diskussjoni rigward il - proċess ta’ ġestjoni tas - CSRBB, kemm bejn il - membri u d - delegati tiegħu kif ukoll bejn id - delegati tiegħu u oħrajn fl - istituzzjoni. Il - korp maniġerjali għandu jiżgura wkoll li komunikazzjoni regolari bejn l - oqsma ta’ ġestjoni tar - riskju u ta’ ppjanar strateġiku tiffaċilita l - monitoraġġ tar - riskju li jirriżulta min - negozju fil - futur.
4.5.4 Politiki, proċessi u kontrolli tar - riskju tas -CSRBB
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|