+4.5 L- identifikazzjoni u l - valutazzjoni tas - CSRBB
---+120. Is - CSRBB tkopri kombinament ta’ żewġ elementi: (a) Il - bidliet tal - “firxa tal - kreditu …
---+121. Is - CSRBB ma tinkludix l - effett ta’ bidliet fil - kwalità tal - kreditu matul il - perjodu …
---+122. Is - CSRBB teskludi skoperturi improduttivi.
---+123. Meta jivvalutaw il - bidliet fil - primjum tar - riskju ta’ kreditu u fil - movimenti tal - …
---+124. L- istituzzjonijiet ma għandhom jeskludu l - ebda strument fil - portafoll bankarju mill - …
---+125. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 12, negozju żgħir fil - portafoll tan - negozjar, kif …
---+126. L- istrateġija tal - istituzzjoni rigward is - CSRBB, inklużi l - predispożizzjoni għar - …
---+127. Il - predispożizzjoni għar - riskju tal - istituzzjoni għas - CSRBB għandha tiġi espressa …
---+128. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri għall - …
---+129. Istituzzjonijiet konsolidanti għandhom jiżguraw li l - arranġamenti u l - proċessi interni ta’ …
---+130. Bil - ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 tad - …
---+131. Il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandu, b’mod partikolari, ikun responsabbli …
---+132. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …
---+Politiki u proċessi tar - riskju
------+133. Abbażi tal - istrateġija ġenerali tiegħu rigward is - CSRBB, il - korp maniġerjali għandu …
------+134. Il - politiki għandhom ikunu raġunati sew, robusti u ddokumentati, u għandhom jindirizzaw il - …
------+135. Sabiex jiżgura li l - politiki u l - proċeduri ta’ ġestjoni tas - CSRBB jibqgħu xierqa u sodi …
------+136. Il - korp maniġerjali jew id -d elegati tiegħu għandhom jiżguraw li l - attivitajiet ta’ …
---+Kontrolli interni
------+137. Fir - rigward tal - politiki u l - proċeduri ta’ kontroll tas - CSRBB, l - istituzzjonijiet …
------+138. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom il - proċessi tagħhom ta’ identifikazzjoni, kejl …
---+Is-sistema tal-IT u l- kwalità tad - data tas-CSRBB
------+139. Is - sistemi u l - applikazzjonijiet tal - IT li jintużaw mill - istituzzjoni sabiex twettaq …
------+140. Is - sistema tal - IT għandha tkun kapaċi tirreġistra l - karatteristiċi tal - firxa tal - …
------+141. Is - sistemi li jintużaw sabiex jitkejjel is - CSRBB għandhom ikunu kapaċi jaqbdu l - …
------+142. Il - kejl tar - riskju għandu jkun ibbażat fuq data dwar is - suq u data interna affidabbli. L …
------+143. Sabiex jiżguraw kwalità għolja tad - data , l - istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw …
---+Rapportar intern
------+144. Is - sistemi interni ta’ rapportar tar - riskju tal - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu …
------+145. Ir - rapporti interni għandhom jingħataw lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu …
------+146. Ir - rapporti dwar is - CSRBB għandhom jipprovdu informazzjoni aggregata kif ukoll biżżejjed …
------+147. Fuq bażi regolari, ir - rapporti tas - CSRBB għandhom jinkludu r - riżultati tar - rieżamijiet …
------+148. Filwaqt li t - tipi ta’ rapporti mħejjija għall - korp maniġerjali jew għad - delegati tiegħu …
------+149. Abbażi ta’ dawn ir - rapporti, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandhom ikunu …
------+150. Is - sistema ta’ kejl interna għandha tiġġenera rapporti f’format li jippermetti li l - …
---+Governanza mudell
------+151. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tas - CSRBB — …
|
4.5 L- identifikazzjoni u l - valutazzjoni tas - CSRBB
4.5.1 Perimetru tas-CSRBB
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
120. Is - CSRBB tkopri kombinament ta’ żewġ elementi: (a) Il - bidliet tal - “firxa tal - kreditu …
|
Is - CSRBB tkopri kombinament ta’ żewġ elementi: - (a) Il - bidliet tal - “firxa tal - kreditu tas - suq” jew tal - “prezz tas - suq tar - riskju ta’ kreditu” (distinti mill - firxa tal - kreditu idjosinkratiku)8 li jirrappreżentaw il - primjum tar - riskju ta’ kreditu meħtieġ mill - parteċipanti fis - suq għal kwalità tal - kreditu partikolari;9
- (b) Il - bidliet tal - “firxa tal - likwidità tas - suq” li jirrappreżentaw il - primjum tal - likwidità li jwassal għal domanda tas - suq għall - investimenti u għall - preżenza ta’ xerrejja u bejjiegħa disposti;
8 Il - firxa tal - kreditu idjosinkratiku tirrifletti r - riskju tal - kreditu speċifiku assoċjat mal - kwalità tal - kreditu tal - mutwatarju individwali (li se jirrifletti wkoll il - valutazzjonijiet tar - riskji li jirriżultaw mis - settur u mill - post ġeografiku tal - mutwatarju) u l - ispeċifiċitajiet tal - istrument ta’ kreditu (eż., jekk ikun bond jew derivattiv). 9 Pereżempju, ir - rendiment addizzjonali li strument ta’ dejn maħruġ minn entità klassifikata bħala AA jrid jipproduċi alternattiva mingħajr riskju.
|
|
121. Is - CSRBB ma tinkludix l - effett ta’ bidliet fil - kwalità tal - kreditu matul il - perjodu …
|
Is - CSRBB ma tinkludix l - effett ta’ bidliet fil - kwalità tal - kreditu matul il - perjodu ta’ osservazzjoni (jiġifieri, tnaqqis/titjib fil - kategorija tal - klassifikazzjoni ta’ kontroparti jew strument speċifiku, meqjus bħala riskju ta’ migrazzjoni). B’mod partikolari, id - deterjorament tal - kwalità tal - kreditu ta’ istituzzjoni ma għandu jkollu l - ebda impatt pożittiv fuq il - kejl tar - riskju tal - firxa tal - kreditu. L - istituzzjonijiet għandhom jevitaw kwalunkwe duplikazzjoni mal - qafas ta’ ġestjoni tar - riskju tal - aġġustament tal - valwazzjoni tal - kreditu meta jivvalutaw is - CSRBB.
|
|
122. Is - CSRBB teskludi skoperturi improduttivi.
|
Is - CSRBB teskludi skoperturi improduttivi.
|
|
123. Meta jivvalutaw il - bidliet fil - primjum tar - riskju ta’ kreditu u fil - movimenti tal - …
|
Meta jivvalutaw il - bidliet fil - primjum tar - riskju ta’ kreditu u fil - movimenti tal - primjum tal - likwidità, l - istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw dimensjonijiet speċifiċi għall - munita (jiġifieri, EUR, USD, eċċ.) bħala dimensjoni rilevanti għall - firxa tal - kreditu tas - suq u għall - firxa tal - likwidità tas - suq.
|
|
124. L- istituzzjonijiet ma għandhom jeskludu l - ebda strument fil - portafoll bankarju mill - …
|
L- istituzzjonijiet ma għandhom jeskludu l - ebda strument fil - portafoll bankarju mill - perimetru tas - CSRBB ex ante, inklużi assi, obbligazzjonijiet, derivattivi u entrati ma jidhrux fil - karta bilanċjali oħra bħal impenji ta’ self, irrispettivament mit - trattament kontabilistiku tagħhom. Kwalunkwe esklużjoni potenzjali ta’ strumenti mill - perimetru rilevanti għandha ssir fil - każ tan - nuqqas ta’ sensittività għar - riskju tal - firxa tal - kreditu u għandha tkun iddokumentata u ġġustifikata b’mod xieraq. Fi kwalunkwe każ, l - istituzzjonijiet ma għandhomx jeskludu assi kontabbilizzati fuq il - bażi tal - valur ġust.
|
|
125. Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 12, negozju żgħir fil - portafoll tan - negozjar, kif …
|
Mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 12, negozju żgħir fil - portafoll tan - negozjar, kif definit mill - paragrafu 1 tal - Artikolu 94 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013, għandu jiġi inkluż sakemm ir - riskju tal - firxa tal - kreditu tiegħu ma jkunx kopert f’kejl tar - riskju ieħor. 4.5.2 Governanza u strateġija tas -CSRBB
|
|
126. L- istrateġija tal - istituzzjoni rigward is - CSRBB, inklużi l - predispożizzjoni għar - …
|
L- istrateġija tal - istituzzjoni rigward is - CSRBB, inklużi l - predispożizzjoni għar - riskju għas - CSRBB għandhom jagħmlu parti mill - istrateġija globali, b’mod partikolari l - objettivi strateġiċi u l - objettivi għar - riskju, li l - korp maniġerjali jrid japprova kif stabbilit fis - subparagrafu (2), l - ittra (a) tal - Artikolu 88(1) tad - Direttiva 2013/36/UE.
|
|
127. Il - predispożizzjoni għar - riskju tal - istituzzjoni għas - CSRBB għandha tiġi espressa …
|
Il - predispożizzjoni għar - riskju tal - istituzzjoni għas - CSRBB għandha tiġi espressa f’termini tal - impatt tal - firxiet varjabbli tal - kreditu fuq il - kejl tas - CSRBB differenti. L - istituzzjonijiet esposti b’mod sinifikanti għas - CSRBB għandhom jirriflettu dan b’mod xieraq fi ħdan il - predispożizzjoni għar - riskju tagħhom.
|
|
128. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri għall - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri għall - identifikazzjoni, il - kejl u l - monitoraġġ tas - CSRBB meta jipproponu prodotti jew attivitajiet ġodda. Għandu jiġi żgurat li l - karatteristiċi tas - CSRBB ta’ dawn il - prodotti u attivitajiet ġodda jkunu mifhuma sew.
|
|
129. Istituzzjonijiet konsolidanti għandhom jiżguraw li l - arranġamenti u l - proċessi interni ta’ …
|
Istituzzjonijiet konsolidanti għandhom jiżguraw li l - arranġamenti u l - proċessi interni ta’ governanza għall - ġestjoni tas - CSRBB ikunu konsistenti u integrati sew fuq bażi konsolidata u sottokonsolidata. 4.5.3 Il- qafas u r - responsabbiltajiet tal - valutazzjoni tar - riskju tas -CSRBB
|
|
130. Bil - ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 tad - …
|
Bil - ħsieb li jkollhom arranġamenti interni ta’ governanza skont l - Artikoli 74 u 88 tad - Direttiva 2013/36/UE, fir - rigward tas - CSRBB, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw dan li ġej: - (a) Li l - korp maniġerjali tagħhom iġarrab ir - responsabbiltà finali għas - sorveljanza tal - qafas ta’ ġestjoni tas - CSRBB u li l - qafas tal - predispożizzjoni għar - riskju tal - istituzzjoni jkopri r - riskji adegwatament. Il - korp maniġerjali jista’, madankollu, jiddelega l - monitoraġġ u l - ġestjoni tal - CSRBB lill - maniġment superjuri, lil individwi esperti jew lil kumitat għall - ġestjoni tal - attiv u l - passiv taħt il - kundizzjonijiet speċifikati aktar fil - paragrafu 132.
- (b) Li huma jkollhom stabbilit qafas ta’ ġestjoni tas - CSRBB li jistabbilixxi linji ċari ta’ responsabbiltajiet u li jikkonsisti minn politiki, proċessi u kontrolli interni li jinkludu rieżamijiet u evalwazzjonijiet indipendenti regolari tal - effettività tal - qafas.
- (c) Li l - arranġamenti, il - proċessi u l - mekkaniżmi msemmija għall - valutazzjoni tal - CSRBB huma komprensivi u proporzjonati għan - natura, l - iskala u l - kumplessità tar - riskji inerenti fil - mudell tan - negozju u fl - attivitajiet tal - istituzzjoni.
|
|
131. Il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandu, b’mod partikolari, ikun responsabbli …
|
Il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu għandu, b’mod partikolari, ikun responsabbli minn dan li ġej: - (a) Il - fehim tan - natura u l - livell tal - iskopertura għas - CSRBB. Il - korp maniġerjali għandu jiżgura li jkun hemm gwida ċara rigward il - predispożizzjoni għar - riskju għas - CSRBB fir - rigward tal - istrateġiji ta’ negozju tal - istituzzjoni.
- (b) Jistabbilixxi li jittieħdu l - azzjonijiet xierqa sabiex jiġi identifikat, imkejjel u mmonitorjat is - CSRBB, b’konsistenza mal - istrateġiji u l - politiki approvati. F’dan ir - rigward, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu huma responsabbli mill - issettjar ta’:
- i. Sistemi u l - istandards għall - kejl tas - CSRBB, il - valwazzjoni tal - pożizzjonijiet u l - valutazzjoni tal - prestazzjoni, inklużi proċeduri għall - aġġornament tax - xenarji ta’ xokk, ta’ parametri u ta’ stress u suppożizzjonijiet ta’ bażi ewlenin li jixprunaw l - analiżi li l - istituzzjoni twettaq fir - rigward tas - CSRBB;
- ii. Proċess komprensiv ta’ rapportar u rieżami tal - IRRBB; u
- iii. Kontrolli interni u sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali (MISs) effettivi.
- (c) Approvazzjoni ta’ inizjattivi kbar ta’ teħid tar - riskju tas - CSRBB qabel l - implimentazzjoni. Pożizzjonijiet relatati mat - trasferimenti ta’ riskju intern bejn il - portafoll mhux tan - negozjar u l - portafoll tan - negozjar għandhom jiġu ddokumentati kif xieraq.
- (d) Twettiq tas - sorveljanza tal - approvazzjoni, l - implimentazzjoni u r - rieżami tal - politiki, il - proċeduri u l - limiti tal - ġestjoni tas - CSRBB. Il - livell ta’ u l - bidliet fl - iskopertura għas - CSRBB ta’ istituzzjoni għandhom jingħataw regolarment lill - korp maniġerjali.
- (e) Żgurar li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tas - CSRBB u l - valutazzjoni tal - mudell tar - riskju korrispondenti jiġu inklużi fi proċess formali ta’ politika li għandu jiġu rieżaminat u approvat mill - korp maniġerjali jew mid - delegati tiegħu.
- (f) Fehim u valutazzjoni tal - funzjonament tad - delegati tiegħu fil - monitoraġġ u l - kontroll tas - CSRBB, b’mod konsistenti mal - politiki approvati mill - korp maniġerjali, abbażi ta’ rieżamijiet regolari ta’ informazzjoni dettaljata f’waqtha u suffiċjenti.
- (g) Fehim tal - implikazzjonijiet tal - istrateġiji tal - istituzzjoni rigward is - CSRBB u l - irbit potenzjali tagħhom mar - riskju tas - suq, tal - likwidità, tal - kreditu u operazzjonali, iżda mingħajr ma jkun meħtieġ li l - membri kollha tal - korp maniġerjali jkunu esperti fil - qasam. Xi wħud mill - membri għandu jkollhom biżżejjed għarfien tekniku sabiex iqajmu dubji u jisfidaw ir - rapporti li jsiru lill - korp maniġerjali. L - istituzzjoni għandha tistabbilixxi li l - membri tal - korp maniġerjali huma responsabbli sabiex jiżguraw li l - maniġment superjuri jkollu l - kompetenza li jifhem is - CSRBB u li l - ġestjoni tas - CSRBB tingħata riżorsi adegwati.
|
|
132. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega …
|
L- istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti u proċeduri ta’ delega għal kwalunkwe delega stabbilita mill - korp maniġerjali tal - monitoraġġ jew tal - ġestjoni tas - CSRBB, inkluż, iżda mhux limitat, għal dan li ġej: - (a) Persuni jew kumitati li lilhom jiġu ddelegati l - kompiti tal - korp maniġerjali għall - iżvilupp ta’ politiki u prattiki relatati mas - CSRBB, bħall - maniġment superjuri, individwi esperti jew ALCO, għandhom jiġu identifikati u jkollhom l - objettivi tagħhom stipulati b’mod ċar mill - korp maniġerjali;
- (b) Il - korp maniġerjali għandu jiżgura li jkun hemm separazzjoni adegwata tar - responsabbiltajiet fil - proċess tal - ġestjoni tar - riskju. Il - funzjonijiet ta’ identifikazzjoni, ta’ kejl, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tas - CSRBB għandu jkollhom responsabbiltajiet iddefiniti b’mod ċar, għandhom ikunu indipendenti mill - funzjonijiet ta’ teħid tar - riskju li jikkonċernaw is - CSRBB u għandhom jirrapportaw l - iskoperturi għas - CSRBB direttament lill - korp maniġerjali jew lid - delegati tiegħu;
- (c) L- istituzzjoni għandha tiżgura li d - delegati tal - korp maniġerjali jkollhom linji ta’ awtorità ċari fuq l - unitajiet responsabbli mit - teħid ta’ riskju relatat mas - CSRBB. Il - mezz ta’ komunikazzjoni sabiex id - direttivi tad - delegati jingħaddu lil dawn l - unitajiet lineari għandu jkun ċar; u
- (d) Il - korp maniġerjali għandu jistabbilixxi li l - istruttura tal - istituzzjoni tippermetti li d - delegati tiegħu jwettqu r - responsabbiltajiet tagħhom, u li tiffaċilita t - teħid effettiv ta’ deċiżjonijiet u l - governanza. F’dan ir - rigward, għandu jitlaqqa’ ALCO, jew l - ekwivalenti tiegħu, b’mod regolari, u l - kompożizzjoni tiegħu għandha tirrifletti kull dipartiment kbir relatat mas - CSRBB. Il - korp maniġerjali għandu jrawwem diskussjoni rigward il - proċess ta’ ġestjoni tas - CSRBB, kemm bejn il - membri u d - delegati tiegħu kif ukoll bejn id - delegati tiegħu u oħrajn fl - istituzzjoni. Il - korp maniġerjali għandu jiżgura wkoll li komunikazzjoni regolari bejn l - oqsma ta’ ġestjoni tar - riskju u ta’ ppjanar strateġiku tiffaċilita l - monitoraġġ tar - riskju li jirriżulta min - negozju fil - futur.
4.5.4 Politiki, proċessi u kontrolli tar - riskju tas -CSRBB
|
|
Politiki u proċessi tar - riskju
|
Politiki u proċessi tar - riskju
|
|
Kontrolli interni
|
Kontrolli interni
|
|
Is-sistema tal-IT u l- kwalità tad - data tas-CSRBB
|
Is-sistema tal-IT u l- kwalità tad - data tas-CSRBB
|
|
Rapportar intern
|
Rapportar intern
|
|
Governanza mudell
|
Governanza mudell
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|