+Lista ta’ għażliet ta’ rkupru kredibbli u fattibbli
---+16. Il- punt tat - tluq għad - determinazzjoni tal - ORC għandu jkun lista sħiħa komprensiva ta’ …
---+17. Sabiex jiġi żgurat li l - ORC tirrappreżenta b’mod effettiv il - kapaċità tal - …
---+18. Il- fatturi ġenerali għall - valutazzjoni tal - kredibbiltà u l - fattibbiltà tal - għażliet …

Lista ta’ għażliet ta’ rkupru kredibbli u fattibbli

Lista ta’ għażliet ta’ rkupru kredibbli u fattibbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
16. Il- punt tat - tluq għad - determinazzjoni tal - ORC għandu jkun lista sħiħa komprensiva ta’ …

Il- punt tat - tluq għad - determinazzjoni tal - ORC għandu jkun lista sħiħa komprensiva ta’ għażliet ta’ rkupru kredibbli u fattibbli, kull waħda minnhom meqjusa b’mod indipendenti mill - oħrajn u mingħajr ebda referenza għax - xenarji speċifiċi tal - pjan ta’ rkupru. Minn din il - lista, l - istituzzjonijiet għandhom jagħżlu l - għażliet ta’ rkupru kollha li jistgħu jintużaw taħt kull xenarju speċifiku li juri l - “kapaċità ta’ rkupru speċifika għax - xenarju” tagħhom.

17. Sabiex jiġi żgurat li l - ORC tirrappreżenta b’mod effettiv il - kapaċità tal - …

Sabiex jiġi żgurat li l - ORC tirrappreżenta b’mod effettiv il - kapaċità tal - istituzzjonijiet li jirrestawraw il - pożizzjoni finanzjarja tagħhom wara deterjorament sinifikanti, huma biss l - għażliet ta’ rkupru li jitqiesu kredibbli u fattibbli mill - istituzzjonijiet skont it - Titolu II, il - Kapitolu I, it - Taqsima II tad - Direttiva 2014/59/EU, skont l - Artikoli 8 sa 12 tar - Regolament Delegat tal - Kummissjoni 2016/1075 u f’konformità mal - fatturi ġenerali stabbiliti fil - paragrafu 1 8 li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi ddeterminat l - ORC.

18. Il- fatturi ġenerali għall - valutazzjoni tal - kredibbiltà u l - fattibbiltà tal - għażliet …

Il- fatturi ġenerali għall - valutazzjoni tal - kredibbiltà u l - fattibbiltà tal - għażliet ta’ rkupru li għandhom jiġu kkunsidrati mill - istituzzjonijiet meta jiddeterminaw l - ORC għandhom iqisu t - tip ta’ opzjoni, il - profil tan - negozju speċifiku tal - istituzzjonijiet u l - ambjent makroekonomiku kontinwu li joperaw fih u għandhom jinkludu b’mod partikolari l - elementi li ġejjin:

  • a. l- impatt estern mistenni fuq il - partijiet ikkonċernati ewlenin kif ukoll kwalunkwe impatt antiċipat tal - eżekuzzjoni tal - għażla ta’ rkupru fuq is - sistema finanzjarja;
  • b. esperjenza tal - passat mill - implimentazzjoni tal - għażla ta’ rkupru mill - istituzzjoni jew mill - pari tagħha sakemm ikun hemm informazzjoni disponibbli;
  • c. il- livell ta’ tħejjija għall - implimentazzjoni tal - għażla ta’ rkupru;
  • d. valutazzjoni tal - kontinwità tal - operazzjonijiet wara l - implimentazzjoni tal - għażla ta’ rkupru, inklużi l - arranġamenti kollha biex jinżamm l - aċċess għas - swieq finanzjarji u l - funzjonament tal - proċessi interni;
  • e. l- impatt finanzjarju mistenni fuq il - kapital, il - likwidità, il - profittabbiltà u l - profili tar - riskju rilevanti tal - istituzzjoni abbażi ta’ suppożizzjonijiet ewlenin ċari u trasparenti li jiżguraw il - kredibbiltà tal - istima;
  • f. l- iskeda ta’ żmien antiċipata għall - implimentazzjoni tal - għażla ta’ rkupru;
  • g. il- preżenza ta’ kwalunkwe impediment operazzjonali, legali, reputazzjonali u finanzjarju kif ukoll kwalunkwe impediment ieħor għall - implimentazzjoni tal - għażla ta’ rkupru.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/