+Miżuri

Miżuri

21.11. Is - CASPs għandhom jiżguraw li s -sistemi li jużaw biex jidentifikaw u jindirizzaw ir -riskji ta’ ML/TF jikkonformaw mal -kriterji stabbiliti fit- Titolu I ta’ dawn il - Linji Gwida. B’mod partikolari, minħabba l - mudelli ta’ negozju tagħhom, is - CASPs għandhom jiżguraw li jkollhom fis - seħħ għodod ta’ monitoraġġ xierqa u effettivi, inklużi għodod ta’ monitoraġġ tat - tranżazzjonijiet u għodod avvanzati ta’ analitika. Il - firxa ta’ dawn l - għodod tiġi ddeterminata min - natura u l - volum tal - attivitajiet tas - CASP, inkluż it - tip ta’ kriptoassi magħmula disponibbli għ an- negozjar jew għall - iskambju. Is - CASPs għandhom jiżguraw ukoll li l - impjegati rilevanti jirċievu taħriġ speċjalizzat biex ikollhom fehim tajjeb tal- kriptoassi u tar - riskji ta’ ML/TF li għalihom jistgħu jesponu lis -CASP.

Diliġenza dovuta tal - klijenti msaħħa

21.12. Fil- każ li r - riskju assoċjat ma’ relazzjoni ta’ negozju jew tranżazzjoni okkażjonali jiżdied, is- CASPs għandhom japplikaw miżuri msaħħa ta’ CDD skont l - Artikolu 18 tad - Direttiva (UE) 2015/849 u kif stabbilit fit - Titolu I ta’ dawn il -Linji Gwida. Barra minn hekk, is - CASPs għandhom japplikaw miżuri ta’ CDD imsaħħa rilevanti elenkati fil -lista hawn taħt, kif meħtieġ, skont l - iskopertura għar - riskju tar - relazzjoni ta’ negozju:

  • a) Tiġi vverifikata l - identità tal - klijent u tas - sid benefiċjarju abbażi ta’ aktar minn sors affidabbli u indipendenti wieħed.
  • b) Tiġi identifikata u vverifikata l - identità tal - azzjonisti maġġoritarji li ma jissodisfawx id - definizzjoni ta’ sidien benefiċjarji f’konformità mal - Artikolu 3 tad- Direttiva (UE) 2015/849 jew ta’ kwalunkwe persuna fiżika li jkollha l - awtorità li topera kont tal - kriptoassi jew indirizz tar - reġistru distribwit f’isem il- klijent jew tagħti struzzjonijiet dwar it -trasferiment jew l- iskambju ta’ kriptoassi jew servizzi oħra relatati ma’ dawk il - kriptoassi.
  • c) Tinkiseb aktar informazzjoni dwar il - klijent u n - natura u l - iskop tar - relazzjoni ta’ negozju biex jinbena profil tal - klijent aktar komplet, pereżempju billi jsir tiftix ta’ sors miftuħ jew tiftix fuq il - midja ta’ informazzjoni negattiva jew billi jiġi kkummissjonat rapport investigattiv lil partijiet terzi. Eżempji tat - tip ta’ informazzjoni li s - CASPs jistgħu jfittxu jinkludu:
i. ii. iii. iv. v. vi.in- natura tan - negozju jew tal - impjieg tal - klijent; is- sors tal - ġid tal - klijent u s - sors tal - fondi tal - klijent li jiġu skambjati għall - kriptoassi biex jiġi raġonevolment issodisfat li dawn ikunu leġittimi; is- sors tal - kriptoassi tal - klijent li qed jiġu skambjati għal muniti uffiċjali, inkluż meta u fejn inxtraw; l- iskop tat - tranżazzjoni, inkluż, fejn xieraq, id - destinazzjoni tat - trasferiment tal- kriptoassi; informazzjoni dwar kwalunkwe assoċjazzjoni li l - klijent jista’ jkollu ma’ ġuriżdizzjonijiet oħrajn (sede, faċilitajiet operattivi, fergħat, eċċ.) jew individwi li huma magħrufa li jeżerċitaw influwenza sinifikanti fuq l - operazzjonijiet tal - klijent; li tintalab jew tinkiseb data dwar it- tranżazzjonijiet tal - kriptoassi tal - klijent u, meta l - klijent ikun CASP, l - istorja ta’ negozjar tiegħu mis - sistema tas-CASP.
  • d) Tinkiseb evidenza dwar is - sors tal - fondi, is - sors tal - ġid jew is - sors tal - kriptoassi fir - rigward ta’ dawk it - tranżazzjonijiet li jippreżentaw riskju ogħla.
  • e) Tiżdied il - frekwenza tal - monitoraġġ tat - tranżazzjonijiet tal - kriptoassi. It - tranżazzjonijiet kollha għandhom jiġu mmonitorjati għal imġiba, xejriet u indikaturi mhux mistennija ta’ attività suspettuża u għandhom jinkludu wkoll il- kunsiderazzjoni tal - partijiet li magħhom qed jinnegozja l -klijent.
  • f) Tiġi rieżaminata u, fejn meħtieġ, tiġi aġġornata l - informazzjoni, id - data u d - dokumentazzjoni miżmuma b’mod aktar frekwenti u, b’mod partikolari, fil - każ ta’ event skattatur.
  • g) Fil- każ li r - riskju assoċjat mar - relazzjoni jkun partikolarment għoli, is -CASPs għandhom jirrieżaminaw ir - relazzjoni ta’ negozju kull sena.
  • h) Jiġu vvalutati b’mod aktar frekwenti jew aktar fil- fond l - attivitajiet imwettqa permezz tal - kontijiet tal - kriptoassi tal -klijent bl- użu ta’ għodod ta’ investigazzjoni tal - kriptoassi.
  • i) Fil- każ li klijent ikollu diversi indirizzi tar - reġistru distribwit jew networks ta’ blockchain, is - CASP għandu jorbot dawn l - indirizzi mal -klijent.
  • j) Tiżdied il - frekwenza tal - monitoraġġ tal - indirizzi IP tal - klijent u jiġu ċċekkjati skont l - indirizzi IP użati minn klijenti oħra.
  • k) Tinkiseb konferma dwar il - livell ta’ għarfien u fehim tal -klijent tal- kriptoassi biex jikseb livell ta’ assigurazzjoni li l - klijent ma jintużax bħala kurrier ta' flus miksuba illegalment.
  • l) Fejn xejra ta’ rtirar jew tifdija ma tkunx konformi mal - profil tal -klijent jew man- natura u l - iskop tar - relazzjoni ta’ negozju, is - CASP għandu jżid miżuri addizzjonali biex jiżgura li l -irtirar jew it-tifdija jintalab mill- klijent u mhux minn parti terza. Dan huwa partikolarment rilevanti għal klijenti b’riskju għoli jew anzjani jew dawk aktar vulnerabbli.
  • m) Tinkiseb konferma li indirizz awtoospitat, li minnu jiġi riċevut trasferiment, huwa taħt il - kontroll jew is -sjieda tal-klijent tas-CASP.

21.13. Is - CASPs għandhom japplikaw għodod avvanzati ta’ analitika għat - tranżazzjonijiet fuq bażi sensittiva għar - riskju, bħala suppliment għall - għodod standard ta’ monitoraġġ tat - tranżazzjonijiet. Is - CASPs għandhom japplikaw għodod avvanzati ta’ analitika biex jivvalutaw ir - riskju assoċjat mat - tranżazzjonijiet, b’mod partikolari tranżazzjonijiet li jinvolvu indirizzi awtoospitati, peress li dan jippermetti li s -CASP jintraċċa l - istorja tat - tranżazzjonijiet u jidentifika rabtiet potenzjali ma’ attivitajiet, persuni jew entitajiet kriminali.

21.14. Fir- rigward ta’ relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet li jinvolvu pajjiżi b’riskju għoli li mhumiex fl - UE, is - CASPs għandhom isegwu l - gwida fit - Titolu I ta’ dawn il -Linji Gwida.

Diliġenza dovuta tal - klijenti ssimplifikata

21.15. F’sitwazzjonijiet ta’ riskju baxx, li ġew ikklassifikati bħala tali bħala riżultat tal - valutazzjoni tar - riskju ta’ ML/TF imwettqa mis -CASP f’konformità ma’ dawn il -Linji Gwida, u sa fejn ikun permess mil - leġiżlazzjoni nazzjonali, is - CASPs jistgħu japplikaw miżuri ta’ SDD, li jistgħu jinkludu:

  • a) li l klijenti li jkunu soġġetti għal liċenzjar statutorju u reġim regolatorju, tiġi verifikata l - identità bbażata fuq evidenza li l - klijent ikun soġġett għal dak ir - reġim, pereżempju permezz ta’ tiftix tar - reġistru pubbliku tar - regolatur.
  • b) tiġi aġġornata l - informazzjoni, id - data jew id- dokumentazzjoni ta’ CDD biss jekk ikun hemm events skattaturi speċifiċi, bħall - klijent li jitlob prodott ta’ riskju ġdid jew ogħla, jew bidliet fl - imġiba tal -klijent jew fil- profil tat - tranżazzjoni li jissuġġerixxu li r - riskju assoċjat mar - relazzjoni ma għadux baxx, filwaqt li jiġu osservati kwalunkwe perjodi ta’ aġġornament stabbiliti fil- leġiżlazzjoni nazzjonali;
  • c) titnaqqas il - frekwenza tal - monitoraġġ tat - tranżazzjonijiet għall - prodotti li jinvolvu tranżazzjonijiet rikorrenti.

Iż - żamma tar - rekords

21.16. Fil- każ li l - informazzjoni dwar il - klijenti u t - tranżazzjonijiet tkun disponibbli fuq ir - reġistru distribwit, is - CASPs ma għandhomx ipoġġu dipendenza fuq ir - reġistru distribwit għaż - żamma tar - rekords iżda għandhom jieħdu passi biex jissodisfaw ir - responsabbiltajiet tagħhom taż - żamma tar - rekords f’konformità mad - Direttiva (UE) 2015/849 u l - Linji Gwida 5.1 u 5.2 hawn fuq. Is - CASPs għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettulhom jassoċjaw l - indirizz tar - reġistru distribwit ma’ kjavi privata kkontrollata minn persuna fiżika jew ġuridika.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/