+24. L- istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu joqogħdu lura milli jissottomettu mill - ġdid data …

24. L- istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu joqogħdu lura milli jissottomettu mill - ġdid data …

L- istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu joqogħdu lura milli jissottomettu mill - ġdid data storika kif previst fil - paragrafu 16 tal-Linji Gwida fis- sitwazzjonijiet li ġejjin:

  • a. fejn it - tweġibiet għall - Mistoqsijiet u t - Tweġibiet dwar il - Ġabra Unika tar - Regoli tal -EBA2 (li tkopri mistoqsijiet tekniċi kemm dwar ir - rapportar kif ukoll dwar il - politika) jipprevedu b’mod ċar li d - dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew ir - rekwiżiti ta’ rapportar tqiesu bħala mhux preċiżi u l - kjarifiki ta’ tali rekwiżiti regolatorji pprovduti fit - Tweġibiet se jeħtieġu bidliet fid - data rrapportata. F’każijiet bħal dawn, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom japplikaw il - bidliet rilevanti biss għal data futura għad - dati ta’ referenza wara l- pubblikazzjoni tat - tweġiba għall - Mistoqsijiet u t - Tweġibiet.

Din l- eżenzjoni tapplika mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 28 tal- Linji Gwida. Huwa nnotat ukoll li l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iżommu l - approċċ ġenerali għas - sottomissjoni mill- ġdid ta’ data storika kif stabbilit fil- Linji Gwida għat - tweġibiet l - oħra kollha għall - Mistoqsijiet u t - Tweġibiet, fejn il - korrezzjonijiet għad - data huma mistennija mit - Tweġiba;

  • b. meta bħala parti mill - proċess ta’ validazzjoni tad - data u ta’ assigurazzjoni tal - kwalità l - korrezzjonijiet jaqgħu fi ħdan il - limiti ta’ tolleranza definiti permezz tar - regoli ta’ arkivjar miftiehma3 , u għalhekk l - awtoritajiet kompetenti, l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew l - EBA jqisu d - data sottomessa mill - istituzzjonijiet finanzjarji bħala preċiża biżżejjed.

2 https://www.eba.europa.eu/single - rule -book-qa

3 Ara l- paġna web tal - Oqfsa ta’ Rapportar tal -EBA: https://www.eba.europa.eu/risk -analysis-and- data/reporting - frameworks

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/