+4. Rekwiżiti għall - istituzzjonijiet finanzjarji għas -sottomissjoni mill- ġdid ta’ data storika
---+13. Meta l - istituzzjonijiet finanzjarji jiskopru kwalunkwe ineżattezza jew żball fid - data …
---+14. Il- korrezzjonijiet li għandhom jiġu sottomessi mill - ġdid lill - awtoritajiet għandhom …
---+15. Fejn l - iżbalji, l - ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati jaffettwaw biss id - data …
---+16. Fejn żbalji, ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati fid - data attwali jaffettwaw ukoll id …
---+17. Meta l - iżbalji, l - ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati fid - data rrapportata bi …
---+18. Fejn l - awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw frekwenzi ta’ rapportar ogħla bħala miżura …
---+19. Fejn żbalji, ineżattezzi u korrezzjonijiet relatati jaffettwaw biss id - data storika sa sena …
---+20. L- obbligu għall - istituzzjonijiet finanzjarji li jikkoreġu d - data attwali u storika għal …
---+21. Fejn meħtieġ mill - awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet …
---+22. Skont il- valutazzjoni proprja tal - istituzzjonijiet finanzjarji tal - materjalità tal - …
---+23. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iżommu l - kapaċitajiet tekniċi biex jissottomettu u …
---+24. L- istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu joqogħdu lura milli jissottomettu mill - ġdid data …
|
4. Rekwiżiti għall - istituzzjonijiet finanzjarji għas -sottomissjoni mill- ġdid ta’ data storika
4. Rekwiżiti għall - istituzzjonijiet finanzjarji għas -sottomissjoni mill- ġdid ta’ data storika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
13. Meta l - istituzzjonijiet finanzjarji jiskopru kwalunkwe ineżattezza jew żball fid - data …
|
Meta l - istituzzjonijiet finanzjarji jiskopru kwalunkwe ineżattezza jew żball fid - data storika rrapportata, jenħtieġ li jintroduċu korrezzjonijiet fid - data diġà rrapportata, li jenħtieġ li tiġi ppreżentata lill - awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni mingħajr dewmien żejjed.
|
|
14. Il- korrezzjonijiet li għandhom jiġu sottomessi mill - ġdid lill - awtoritajiet għandhom …
|
Il- korrezzjonijiet li għandhom jiġu sottomessi mill - ġdid lill - awtoritajiet għandhom jinkludu kemm l - elementi fejn ikunu ġew skoperti l - iżbalji kif ukoll id - data relatata kollha affettwata mill - korrezzjonijiet fl - istess rapporti jew f’rapporti relatati. Id - data kkoreġuta għandha tikkonforma mar- regoli ta’ validazzjoni kollha, anki fil - moduli ta’ rapportar u fil - ġerarkiji ta’ validazzjoni.
|
|
15. Fejn l - iżbalji, l - ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati jaffettwaw biss id - data …
|
Fejn l - iżbalji, l - ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati jaffettwaw biss id - data attwali, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jerġgħu jissottomettu d - data attwali kkoreġuta lill - awtoritajiet kompetenti jew tar - riżoluzzjoni.
|
|
16. Fejn żbalji, ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati fid - data attwali jaffettwaw ukoll id …
|
Fejn żbalji, ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati fid - data attwali jaffettwaw ukoll id - data storika, l- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom, minbarra li jerġgħu jissottomettu d - data attwali kkoreġuta, jissottomettu mill - ġdid id - data storika affettwata għad - dati ta’ referenza kif ipprovdut hawn taħt skont il - frekwenza tar - rappurtar affettwat: - a. għad - data rrapportata bi frekwenza annwali, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jissottomettu mill - ġdid data storika għad - dati ta’ referenza preċedenti li jmorru lura mill- inqas sena kalendarja waħda (data ta’ referenza waħda minbarra d - data ta’ referenza tad - data attwali);
- b. għad - data rrapportata bi frekwenza semiannwali, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jissottomettu mill - ġdid data storika għad - dati ta’ referenza preċedenti li jmorru lura mill - inqas sena kalendarja waħda (żewġ dati ta’ referenza minbarra d -data ta’ referenza tad - data attwali);
- c. għad - data rrapportata bi frekwenza trimestrali, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jissottomettu mill - ġdid data storika għad - dati ta’ referenza preċedenti li jmorru lura mill- inqas sena kalendarja waħda (erba’ dati ta’ referenza minbarra d - data ta’ referenza tad- data attwali);
- d. għad - data rrapportata bi frekwenza ta’ kull xahar, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jissottomettu mill - ġdid data storika għad - dati ta’ referenza preċedenti li jmorru lura mill - inqas sitt xhur kalendarji (mill - inqas sitt dati ta’ referenza minbarra d - data ta’ referenza tad - data attwali li għandha tiġi sottomessa mill - ġdid) u, fejn id - data ta’ tmiem is - sena kalendarja preċedenti ma tkunx koperta minn dawn is - sitt xhur kalendarji, għandhom jissottomettu mill - ġdid ukoll id - dati ta’ referenza kollha sal -a ħħar tas- sena kalendarja preċedenti.
|
|
17. Meta l - iżbalji, l - ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati fid - data rrapportata bi …
|
Meta l - iżbalji, l - ineżattezzi u l - korrezzjonijiet relatati fid - data rrapportata bi frekwenza ta’ kull xahar jaffettwaw ukoll l - istess data jew data relatata rrapportata bi frekwenza differenti, l - istituzzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jikkoreġu u jissottomettu mill - ġdid ukoll id - data relatata għad - dati ta’ referenza li jaqgħu fil - perjodu kopert mis -sottomissjoni mill- ġdid tad - data kkoreġuta ta’ kull xahar.
|
|
18. Fejn l - awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw frekwenzi ta’ rapportar ogħla bħala miżura …
|
Fejn l - awtoritajiet kompetenti jkunu applikaw frekwenzi ta’ rapportar ogħla bħala miżura superviżorja f’konformità mal - Artikolu 104(1) ittra (j) tad - Direttiva 2013/36/UE jew l - Artikolu 39(2) ittra (j) tad - Direttiva (UE) 2019/2034, l- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jissottomettu mill - ġdid data storika f’konformità mar - rekwiżiti stabbiliti fil - paragrafu 16 tal-Linji Gwida filwaqt li jassumu li l - frekwenzi ta’ rapportar ikunu l - frekwenza regolari tar - rekwiżit ta’ rapportar skont il- qafas ta’ rapportar ta l-EBA.
|
|
19. Fejn żbalji, ineżattezzi u korrezzjonijiet relatati jaffettwaw biss id - data storika sa sena …
|
Fejn żbalji, ineżattezzi u korrezzjonijiet relatati jaffettwaw biss id - data storika sa sena kalendarja waħda qabel id - data attwali, b’deroga mill - paragrafu 16, l- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jissottomettu mill - ġdid id - data storika kkoreġuta għad - data ta’ referenza fejn ikun seħħ l - iżball u għad - dati ta’ referenza kollha sad - data attwali jew sad - data ta’ referenza meta d- data titqies bħala korretta.
|
|
20. L- obbligu għall - istituzzjonijiet finanzjarji li jikkoreġu d - data attwali u storika għal …
|
L- obbligu għall - istituzzjonijiet finanzjarji li jikkoreġu d - data attwali u storika għal data ta’ referenza speċifika ma jitnaqqasx biż - żmien u l - istituzzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jieħdu azzjoni f’konformità ma’ dawn il - Linji Gwida mingħajr dewmien żejjed. Meta l - istituzzjonijiet finanzjarji jkomplu jissottomettu mill- ġdid data għal dati ta’ referenza aktar tard, xorta għandhom jaġġornaw id - data storika ta’ dak iż - żmien, ladarba jkun ġie identifikat obbligu ta’ sottomissjoni mill- ġdid f’konformità ma’ dawn il-Linji Gwida.
|
|
21. Fejn meħtieġ mill - awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet …
|
Fejn meħtieġ mill - awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jissupplimentaw id - data storika sottomessa mill - ġdid bi spjegazzjonijiet xierqa tal - korrezzjonijiet u r - raġunijiet relatati.
|
|
22. Skont il- valutazzjoni proprja tal - istituzzjonijiet finanzjarji tal - materjalità tal - …
|
Skont il- valutazzjoni proprja tal - istituzzjonijiet finanzjarji tal - materjalità tal - korrezzjonijiet, u fejn mhux meħtieġ b’mod espliċitu mill - awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni, l - istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jissupplimentaw id - data storika sottomessa mill - ġdid bi spjegazzjonijiet xierqa tal - korrezzjonijiet u r - raġunijiet jew jissottomettu mill - ġdid data storika għal aktar dati ta’ referenza meta mqabbla mar - rekwiżiti stabbiliti fil - paragrafu 16.
|
|
23. L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iżommu l - kapaċitajiet tekniċi biex jissottomettu u …
|
L- istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iżommu l - kapaċitajiet tekniċi biex jissottomettu u jissottomettu mill - ġdid id - data rilevanti bl - użu tal - format tekniku meħtieġ mill - awtoritajiet kompetenti jew ta’ riżoluzzjoni.
|
|
24. L- istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu joqogħdu lura milli jissottomettu mill - ġdid data …
|
L- istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu joqogħdu lura milli jissottomettu mill - ġdid data storika kif previst fil - paragrafu 16 tal-Linji Gwida fis- sitwazzjonijiet li ġejjin: - a. fejn it - tweġibiet għall - Mistoqsijiet u t - Tweġibiet dwar il - Ġabra Unika tar - Regoli tal -EBA2 (li tkopri mistoqsijiet tekniċi kemm dwar ir - rapportar kif ukoll dwar il - politika) jipprevedu b’mod ċar li d - dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew ir - rekwiżiti ta’ rapportar tqiesu bħala mhux preċiżi u l - kjarifiki ta’ tali rekwiżiti regolatorji pprovduti fit - Tweġibiet se jeħtieġu bidliet fid - data rrapportata. F’każijiet bħal dawn, l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom japplikaw il - bidliet rilevanti biss għal data futura għad - dati ta’ referenza wara l- pubblikazzjoni tat - tweġiba għall - Mistoqsijiet u t - Tweġibiet.
Din l- eżenzjoni tapplika mingħajr preġudizzju għall - paragrafu 28 tal- Linji Gwida. Huwa nnotat ukoll li l - istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iżommu l - approċċ ġenerali għas - sottomissjoni mill- ġdid ta’ data storika kif stabbilit fil- Linji Gwida għat - tweġibiet l - oħra kollha għall - Mistoqsijiet u t - Tweġibiet, fejn il - korrezzjonijiet għad - data huma mistennija mit - Tweġiba; - b. meta bħala parti mill - proċess ta’ validazzjoni tad - data u ta’ assigurazzjoni tal - kwalità l - korrezzjonijiet jaqgħu fi ħdan il - limiti ta’ tolleranza definiti permezz tar - regoli ta’ arkivjar miftiehma3 , u għalhekk l - awtoritajiet kompetenti, l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jew l - EBA jqisu d - data sottomessa mill - istituzzjonijiet finanzjarji bħala preċiża biżżejjed.
2 https://www.eba.europa.eu/single - rule -book-qa 3 Ara l- paġna web tal - Oqfsa ta’ Rapportar tal -EBA: https://www.eba.europa.eu/risk -analysis-and- data/reporting - frameworks
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|