+33. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(10), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …

33. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(10), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(10), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal- mutwatarji f’pajjiżi terzi jenħtieġ li titwettaq abbażi tal - prinċipji li ġejjin, fejn xieraq, kif speċifikat fid -Dir ettivi 2008/48/KE u 2014/17/KE:

  • a. qabel il - konklużjoni ta’ kuntratt ta’ kreditu, fuq il - bażi ta’ informazzjoni suffiċjenti, il-mutwanti jivvaluta l-affidabbiltà kreditizja tal- mutwatarju abbażi ta’ informazzjoni suffiċjenti, fejn xieraq miksuba mill - mutwatarju u, fejn meħtieġ, abbażi ta' k onsultazzjoni tal- bażi ta’ data rilevanti;
  • b. jekk il- partijiet jaqblu li jbiddlu l -ammont totali ta’ kreditu wara l- konklużjoni tal - kuntratt ta’ kreditu, il- mutwanti għandu jaġġorna l - informazzjoni finanzjarja għad - dispożizzjoni tiegħu dwar il - mutwatarju u għandu jivvaluta l -affidabbiltà kreditizja tal- mutwatarju qabel kwalunkwe żieda sinifikanti fl -ammont totali ta’ kreditu;
  • c. il- mutwanti għandu jagħmel valutazzjoni bir - reqqa tal -affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju qabel jikkonkludi kuntratt ta’ kreditu, filwaqt li jqis b’mod xieraq il - fatturi rilevanti għall -verifika tal-prospett li l-mutwatarju jissodisfa l- obbligi tiegħu j ew tagħha skont il -kuntratt ta’ kreditu;
  • d. il- proċeduri u l - informazzjoni li fuqhom hija bbażata l - valutazzjoni għandhom jiġu dokumentati u miżmuma;
  • e. il-valutazzjoni tal- affidabbiltà kreditizja m’għandhiex tiddependi b’mod predominanti mill-fatt li l- proprjetà immobbli residenzjali taqbeż l -ammont tal-kreditu jew il- preżunzjoni li l -valur tal- proprjetà immobbli residenzjali ser jogħla, sakemm l-iskop tal-kuntratt ta’ kreditu mhuwiex li proprjetà immobbli residenzjali tinbena jew tiġi rinnovata;
  • f. il- mutwanti ma għandux ikun jista’ jikkanċella jew jibdel il -kuntratt ta’ kreditu ladarba jkun ġie konkluż għad -detriment tal- mutwatarju fuq il - bażi li l -valutazzjoni tal- affidabbiltà kreditizja twettqet ħażin;
  • g. il- mutwanti għandu jagħmel il -kreditu disponibbli lill-mutwatarju biss meta r-riżultat tal -valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja jindika li l- obbligi li jirriżultaw mill - kuntratt ta’ kreditu x’aktarx li jintlaħqu skont kif meħtieġ skont dak il -kuntratt;
  • h. l-affidabbiltà kreditizja tal- mutwatarju tiġi valutata mill - ġdid abbażi ta’ informazzjoni aġġornata qabel tingħata kwalunkwe żieda sinifikanti fl -ammont totali ta’ kreditu wara l- konklużjoni tal -kuntratt ta’ kreditu sakemm tali kreditu addizzjonali ma jkun x ġie previst u inkluż fil - valutazzjoni oriġinali tal -affidabbiltà kreditizja.

Kriterji biex ikun determinat l- għarfien espert tal - oriġinatur jew tal - mutwanti oriġinali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/