+4. Kriterji relatati mas- sempliċità
---+9. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it- terminu karta bilanċjali …
---+10. Il-kriterju f’konformità mal-Artikolu 26b(4) tar- Regolament (UE) 2017/2402 jenħtieġ li …
---+11. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(4) tar-Regolament (UE) 2017/2402, protezzjoni tal-kreditu …
---+12. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(6) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- “grupp” għandu jiġi …
---+13. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(6) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- “entità li hija inkluża …
---+14. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(6), punt (e), tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandards ta’ …
---+15. Il-konformità mal- paragrafu preċedenti ma għandhiex timplika li jew l - oriġinatur jew il …
---+16. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(6), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandard …
---+17. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(7) tar- Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li l - immaniġġar …
---+18. It-tekniki tal- immaniġġar tal - portafoll li ma għandhomx jitqiesu bħala mmaniġġar tal …
---+19. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(7) tar- Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li jinftiehem li l …
---+20. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(7) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-issodisfar tal-“kriterji …
---+21. Il- kriterji ta’ eliġibbiltà li għandhom jiġu applikati għall -iskoperturi sottostanti skont …
---+22. L-Artikolu 26b(7), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 jistabbilixxi lista …
---+23. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(8), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
---+24. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(8), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
---+25. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(10), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
---+26. Bidliet bħal standards ta’ sottoskrizzjoni jenħtieġ li jitqiesu materjali meta jirreferu għal …
---+27. Id-divulgazzjoni tal- bidliet kollha għall - istandards ta’ sottoskrizzjoni jenħtieġ li …
---+28. Fir -rigward tar- riċevibbli tan - negozju li mhumiex oriġinati fil -forma ta’ self, ir- …
---+29. Skont l-Artikolu 26b(10), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-aggregazzjoni …
---+30. Self residenzjali li kien sottoskritt iżda li ma kienx ikkummerċjalizzat fuq il -premessa li …
---+31. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(10), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
---+32. Informazzjoni rilevanti għal ipoteki residenzjali ġenerali li ma jiġġenerawx dħul normalment …
---+33. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(10), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
---+34. Għall -finijiet tad- determinazzjoni ta’ jekk oriġinatur jew mutwanti oriġinali għandux …
---+35. Oriġinatur jew mutwanti oriġinali għandhom jitqiesu li għandhom l - għarfien espert meħtieġ …
---+36. Għall -finijiet li jintwera l- għadd ta’ snin ta’ esperjenza professjonali, l - għarfien espert …
---+37. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(10), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
---+38. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi inadempjenti …
---+39. Fejn oriġinatur jew mutwanti oriġinali ma jkunx istituzzjoni u għalhekk ma jkunx soġġett għar - …
---+40. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(11) tar- Regolament (UE) 2017/2402, iċ - ċirkostanzi …
---+41. Il-projbizzjoni tal- inklużjoni ta’ skoperturi sottostanti “għal debitur jew garanti bi kreditu …
---+42. Għall -finijiet tal-Artikolu 20(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandard tal- “aħjar …
---+43. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(11), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir- rekwiżit …
---+44. Ir- rekwiżit imsemmi fl -Artikolu 26b(11), il-punt (b), tar- Regolament (UE) 2017/2402 jenħtieġ …
---+45. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(11), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2017/2402, id-debituri …
---+46. Il-kundizzjonijiet fil- paragrafu preċedenti għandhom jitqiesu li ġew issodisfati meta tapplika …
---+47. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, avvanzi u prelevamenti …
---+48. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- għażla maħsuba ta’ …
---+49. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-pagament imsemmi …

4. Kriterji relatati mas- sempliċità

Skoperturi miżmuma fil - karta bilanċjali (l - Artikolu 26b(3) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Karta bilanċjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
9. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it- terminu karta bilanċjali …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, it- terminu karta bilanċjali għandu jiġi interpretat bħala l -karta bilanċjali tal -kontabilità tal- oriġinatur jew ta’ entità li tappartjeni għall -istess grupp tal- oriġinatur.

L- ebda ħeġġjar doppju (l - Artikolu 26b(4) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Ħeġġ lil hinn mill -protezzjoni miksuba permezz tal-ftehim ta’ protezzjoni ta’ kreditu

10. Il-kriterju f’konformità mal-Artikolu 26b(4) tar- Regolament (UE) 2017/2402 jenħtieġ li …

Il-kriterju f’konformità mal-Artikolu 26b(4) tar- Regolament (UE) 2017/2402 jenħtieġ li jinftiehem li ma jippermettix protezzjoni ta’ kreditu multipla fir-rigward tar-riskju ta’ kreditu tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti, irrispettivament minn jekk tali protezzjoni ta’ kreditu addizzjonali hijiex relatata mal-protezzjoni kontra r-riskju ta’ kreditu ta’ segment, parti minn segment jew skopertura sottostanti, sabiex jiġi żgurat li r -riskju ta’ kreditu tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti ma j iġix iħħeġġjat aktar minn darba.

11. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(4) tar-Regolament (UE) 2017/2402, protezzjoni tal-kreditu …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(4) tar-Regolament (UE) 2017/2402, protezzjoni tal-kreditu separata pprovduta għal segmenti separati, partijiet separati tas -segmenti jew skoperturi sottostanti separati skont il-ftehim ta’ protezzjoni tal- kreditu jenħtieġ li ma titqiesx bħala ħeġġ lil hinn mill-protezzjoni miksuba permezz tal-ftehim ta’ protezzjoni tal-kreditu.

Rappreżentazzjonijiet u garanziji (l - Artikolu 26b(6) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Entità tal- grupp li jappartjeni għalih l - oriġinatur

12. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(6) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- “grupp” għandu jiġi …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(6) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- “grupp” għandu jiġi interpretat bħala l - grupp konsolidat li għalih tappartjeni l - entità għal finijiet kontabilistiċi jew prudenzjali.

Entità li hija inkluża fil -kamp ta’ applikazzjoni tas- superviżjoni fuq bażi konsolidata

13. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(6) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- “entità li hija inkluża …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(6) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- “entità li hija inkluża fl - ambitu tas- superviżjoni fuq bażi konsolidata” jenħtieġ li tiġi interpretata skont it -tifsira tal-Artikolu 26b(3) ta’ dak ir-Regolament.

L- ebda standard ta’ sottoskrizzjoni inqas strett

14. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(6), punt (e), tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandards ta’ …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(6), punt (e), tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandards ta’ sottoskrizzjoni applikati għal skoperturi titolizzati għandhom jitqabblu mal -istandards ta’ sottoskrizzjoni applikati għal skoperturi simili fil -mument tal- oriġini tal -iskoperturi titolizzati.

15. Il-konformità mal- paragrafu preċedenti ma għandhiex timplika li jew l - oriġinatur jew il …

Il-konformità mal- paragrafu preċedenti ma għandhiex timplika li jew l - oriġinatur jew il -mutwanti oriġinali huwa meħtieġ li jżomm skoperturi simili fuq il - karta bilanċjali tiegħu fiż - żmien tal - għażla tal-iskoperturi titolizzati jew fil- ħin eżatt tat -titoliz zazzjoni tagħhom, u lanqas ma jenħtieġ li jirrikjedi li skoperturi simili jkunu fil- fatt oriġinaw fiż - żmien tal - oriġinazzjoni tal -iskoperturi titolizzati.

Sa fejn jaf l- oriġinatur

16. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(6), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandard …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(6), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandard tal-“aħjar għarfien” jenħtieġ li jitqies issodisfat meta l - oriġinatur juża informazzjoni miksuba minn kwalunkwe wieħed mis - sorsi u ċ - ċirkostanzi li ġejjin jew minn kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawk is- sorsi u ċ - ċirkostanzi:

  • a. informazzjoni dwar l-obbliganti miksuba fl- oriġinazzjoni tal -iskoperturi;
  • b. informazzjoni miksuba matul il- ġestjoni tal - oriġinatur tal -iskoperturi jew matul il-proċeduri tal - ġestjoni tar - riskju tiegħu;
  • c. notifiki lill- oriġinatur minn parti terza;
  • d. informazzjoni disponibbli pubblikament jew informazzjoni dwar kwalunkwe entrata f’wieħed mir - reġistri tal -kreditu jew aktar ta’ persuni bi storja ta’ kreditu negattiva fil-mument tal- oriġini ta’ skopertura sottostanti, sa fejn dik l - informazzjoni tkun diġà tqieset fil -kuntest tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a),
  • (b) jew (c) hawn fuq, u skont ir - rekwiżiti regolatorji u superviżorji applikabbli biss, inkluż fir-rigward ta’ kriterji tal- għoti ta’ kreditu tajba kif speċifikat fl -Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Kriterji ta’ eliġibbiltà, ġestjoni attiva tal - portafoll (l - Artikolu 26b(7) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Immaniġġar tal -portafoll attiv

17. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(7) tar- Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li l - immaniġġar …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(7) tar- Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li l - immaniġġar tal - portafoll attiv jinftiehem bħala mmaniġġar ta’ portafoll li għalih tapplika waħda jew l - oħra minn dawn li ġejjin:

  • a. il- ġestjoni tal - portafoll tagħmel il -prestazzjoni tat-titolizzazzjoni dipendenti kemm fuq il -prestazzjoni tal- iskoperturi sottostanti kif ukoll fuq il -prestazzjoni tal- ġestjoni tal-portafoll tat-titolizzazzjoni, u b’hekk tipprevjeni lill-investituri milli jimmudellaw ir-riskju ta’ kreditu tal- iskoperturi sottostanti mingħajr ma titqies l - istrateġija ta’ ġestjoni tal -portafoll tal- maniġer tal -portafoll;
  • b. l- immaniġġar tal - portafoll jitwettaq kemm għal finijiet spekulattivi li għandhom l - għan li jiksbu prestazzjoni aħjar, żieda fir -rendiment, redditi finanzjarji globali jew benefiċċji purament finanzjarji jew ekonomiċi oħra.
18. It-tekniki tal- immaniġġar tal - portafoll li ma għandhomx jitqiesu bħala mmaniġġar tal …

It-tekniki tal- immaniġġar tal - portafoll li ma għandhomx jitqiesu bħala mmaniġġar tal -portafoll attiv jinkludu:

  • a. is-sostituzzjoni tal- iskoperturi sottostanti li huma soġġetti għal tilwim jew investigazzjoni regolatorja, fejn l-iskop ta’ tali sostituzzjoni jkun il- faċilitazzjoni tas - soluzzjoni ta’ dik it-tilwima jew it-tmiem tal-investigazzjoni;
  • b. l- akkwiżizzjoni ta’ skoperturi sottostanti ġodda matul il - perjodu ‘taż - żieda’ biex jiżdied il -valur tal-iskoperturi sottostanti sal-valur tal-obbligi ta’ titolizzazzjoni.

Kriterji ta’ eliġibbiltà ċari

19. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(7) tar- Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li jinftiehem li l …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(7) tar- Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li jinftiehem li l -kriterji huma “ċari” fejn huwa possibbli li l - konformità magħhom tiġi ddeterminata minn qorti jew tribunal, bħala kwistjoni ta’ liġi jew fatt jew tat -tnejn.

Kriterji ta’ eliġibbiltà li għandhom jiġu ssodisfati għall - iskoperturi miżjuda wara l - għeluq tat- tranżazzjoni

20. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(7) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-issodisfar tal-“kriterji …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(7) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-issodisfar tal-“kriterji ta’ eliġibbiltà li mhumiex inqas stretti minn dawk applikati fl - għażla inizjali tal -iskoperturi sottostanti” għandu jinftiehem li jfisser li l - kriterji ta’ eliġibbiltà mhumiex inqas stretti m ill-kriterji ta’ eliġibbiltà applikati għall -iskoperturi sottostanti inizjali fl- għeluq tat - tranżazzjoni.

21. Il- kriterji ta’ eliġibbiltà li għandhom jiġu applikati għall -iskoperturi sottostanti skont …

Il- kriterji ta’ eliġibbiltà li għandhom jiġu applikati għall -iskoperturi sottostanti skont il-paragrafu preċedenti għandhom jiġu speċifikati fid -dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni u għandhom jirreferu għall - kriterji ta’ eliġibbiltà applikati fil -livell tal-iskopertura.

Assorbimenti permessi

22. L-Artikolu 26b(7), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 jistabbilixxi lista …

L-Artikolu 26b(7), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 jistabbilixxi lista eżawrjenti ta’ ċirkostanzi li fihom skopertura sottostanti tista’ titneħħa mit - tranżazzjoni.

Omoġeneità, obbligi tal - iskoperturi sottostanti, flussi ta’ pagamenti perjodiċi, l - ebda titolu trasferibbli (Artikolu 26b(8) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Obbligi eżegwibbli u kuntrattwalment vinkolanti

23. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(8), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(8), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, “obbligi li huma kuntrattwalment vinkolanti u infurzabbli, b’rikors sħiħ għad -debituri u, fejn applikabbli, il- garanti” jenħtieġ li jinftiehmu li jirreferu għall -obbligi kollha li jinsabu fl- ispeċifikazzjoni kuntrattwali tal- iskoperturi sottostanti li huma rilevanti għall - investituri minħabba li jaffettwaw kwalunkwe obbligu fuq id -debitur u, fejn applikabbli, il- garanti li jagħmel pagamenti jew jipprovdi garanzija.

Skoperturi bi flussi ta’ pagament perjodiċi

24. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(8), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(8), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi bi flussi ta’ pagament perjodiċi definiti għandhom jinkludu:

  • a. skoperturi pagabbli f'pagament wieħed fil - każ ta’ titolizzazzjoni rotanti, kif imsemmi fl-Artikolu 26b(12), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/2402;
  • b. skoperturi relatati ma’ faċilitajiet ta’ karti tal -kreditu;
  • c. skoperturi bi ħlasijiet li jikkonsistu minn imgħax u meta l - kapital jitħallas lura mal - maturità, inklużi ipoteki tal - imgħax biss;
  • d. skoperturi b’pagamenti li jikkonsistu mill- imgħax u mir -ripagament ta’ porzjon tal-kapital, meta tiġi ssodisfata waħda jew l - oħra mill - kundizzjonijiet li ġejjin:
(i) il- kapital li jifdal jiġi ripagat mal -maturità; (ii) ir-ripagament tal- kapital jiddependi fuq il - bejgħ ta’ assi li jiggarantixxu l-iskoperturi;
  • e. skoperturi b’pawżi mill - pagament temporanji kif maqbula kuntrattwalment bejn id-debitur u l-mutwanti.

Standards ta’ sottoskrizzjoni, għarfien espert tal - oriġinatur (l - Artikolu 26b(10) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Divulgazzjoni tal- bidliet materjali minn standards ta’ sottoskrizzjoni preċedenti

25. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(10), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(10), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, bidliet materjali għall - istandards ta’ sottoskrizzjoni li huma meħtieġa li jiġu divulgati kompletament jenħtieġ li jinftehmu bħala dawk il -bidliet materjali fl-istandards ta’ sottoskrizzjoni li huma applikati għall - iskoperturi li jiżdiedu mal -aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti wara l- għeluq tat-titolizzazzjoni fil-kuntest tar-rikostituzzjoni jew l- immaniġġar ta’ portafoll kif imsemmi fil - paragrafi 20 u 21.

26. Bidliet bħal standards ta’ sottoskrizzjoni jenħtieġ li jitqiesu materjali meta jirreferu għal …

Bidliet bħal standards ta’ sottoskrizzjoni jenħtieġ li jitqiesu materjali meta jirreferu għal wieħed mit- tipi ta’ bidliet ta’ standards ta’ sottoskrizzjoni li ġejjin:

  • a. bidliet li jaffettwaw ir- rekwiżit tas -similarità tal-istandards tas-sottoskrizzjoni speċifikati aktar fl -Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851;
  • b. bidliet li materjalment jaffettwaw ir-riskju ta’ kreditu globali jew il-prestazzjoni medja mistennija tal- aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti mingħajr ma jirriżultaw f’approċċi sostanzjalment differenti għall -valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu assoċjat mal -iskoperturi sottostanti.”
27. Id-divulgazzjoni tal- bidliet kollha għall - istandards ta’ sottoskrizzjoni jenħtieġ li …

Id-divulgazzjoni tal- bidliet kollha għall - istandards ta’ sottoskrizzjoni jenħtieġ li tinkludi spjegazzjoni tal- għan ta’ tali bidliet.

28. Fir -rigward tar- riċevibbli tan - negozju li mhumiex oriġinati fil -forma ta’ self, ir- …

Fir -rigward tar- riċevibbli tan - negozju li mhumiex oriġinati fil -forma ta’ self, ir- referenza għall - istandards ta’ sottoskrizzjoni fl-Artikolu 26b(10), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 jenħtieġ li tinftiehem li tirreferi għall -istandards ta’ kreditu applikati mill- bejjiegħ għal kreditu fuq terminu qasir tal - istess tip li jwassal għall -iskoperturi titolizzati fil-kuntest tal-miri ta’ pagament miftiehma mal- klijenti tiegħu fir -rigward tal- bejgħ tal -prodotti u s-servizzi tiegħu.

Self residenzjali

29. Skont l-Artikolu 26b(10), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-aggregazzjoni …

Skont l-Artikolu 26b(10), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti ma għandhiex tinkludi self residenzjali li kienu kemm kummerċjalizzati kif ukoll sottoskritti skont il-premessa li l- applikant għas -self jew l-interme djarji ġew mgħarrfin li l- informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx ġiet verifikata mill -mutwanti.

30. Self residenzjali li kien sottoskritt iżda li ma kienx ikkummerċjalizzat fuq il -premessa li …

Self residenzjali li kien sottoskritt iżda li ma kienx ikkummerċjalizzat fuq il -premessa li l-applikant għas -self jew l- intermedjarji ġew mgħarrfin li l - informazzjoni pprovduta tista’ ma tiġix ivverifikata mill-mutwanti, jew li l- applikant għas -self jew l-intermedjarji jsiru jafu wara li s-self kien sottoskritt, m’għandux jitqies li huwa kopert minn dan ir - rekwiżit.

31. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(10), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(10), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-“informazzjoni” pprovduta għandha titqies li tinkludi informazzjoni rilevanti biss. Ir -rilevanza tal-informazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq jekk l -informazzjoni hijiex kejl ta’ sottoskrizzjoni rilevanti, bħal informazzjoni kkunsidrata rilevanti għall -valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ mutwatarju, għall -valutazzjoni tal- aċċess għall - kollateral u għat - tnaqqis tar -riskju ta’ frodi.

32. Informazzjoni rilevanti għal ipoteki residenzjali ġenerali li ma jiġġenerawx dħul normalment …

Informazzjoni rilevanti għal ipoteki residenzjali ġenerali li ma jiġġenerawx dħul normalment għandha titqies li tikkostitwixxi dħul, u informazzjoni relevanti għal ipoteki residenzjali li jiġġeneraw id - dħul għandhom normalment jiġu kkunsidrati li jikkostitwixxu dħul mill -kiri. Informazzjoni li mhix utli bħala kejl ta’ sottoskrizzjoni, bħalma huma n -numri tat-telefon ċellulari, m’għandhiex titqies bħala informazzjoni relevanti.

Rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi

33. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(10), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(10), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal- mutwatarji f’pajjiżi terzi jenħtieġ li titwettaq abbażi tal - prinċipji li ġejjin, fejn xieraq, kif speċifikat fid -Dir ettivi 2008/48/KE u 2014/17/KE:

  • a. qabel il - konklużjoni ta’ kuntratt ta’ kreditu, fuq il - bażi ta’ informazzjoni suffiċjenti, il-mutwanti jivvaluta l-affidabbiltà kreditizja tal- mutwatarju abbażi ta’ informazzjoni suffiċjenti, fejn xieraq miksuba mill - mutwatarju u, fejn meħtieġ, abbażi ta' k onsultazzjoni tal- bażi ta’ data rilevanti;
  • b. jekk il- partijiet jaqblu li jbiddlu l -ammont totali ta’ kreditu wara l- konklużjoni tal - kuntratt ta’ kreditu, il- mutwanti għandu jaġġorna l - informazzjoni finanzjarja għad - dispożizzjoni tiegħu dwar il - mutwatarju u għandu jivvaluta l -affidabbiltà kreditizja tal- mutwatarju qabel kwalunkwe żieda sinifikanti fl -ammont totali ta’ kreditu;
  • c. il- mutwanti għandu jagħmel valutazzjoni bir - reqqa tal -affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju qabel jikkonkludi kuntratt ta’ kreditu, filwaqt li jqis b’mod xieraq il - fatturi rilevanti għall -verifika tal-prospett li l-mutwatarju jissodisfa l- obbligi tiegħu j ew tagħha skont il -kuntratt ta’ kreditu;
  • d. il- proċeduri u l - informazzjoni li fuqhom hija bbażata l - valutazzjoni għandhom jiġu dokumentati u miżmuma;
  • e. il-valutazzjoni tal- affidabbiltà kreditizja m’għandhiex tiddependi b’mod predominanti mill-fatt li l- proprjetà immobbli residenzjali taqbeż l -ammont tal-kreditu jew il- preżunzjoni li l -valur tal- proprjetà immobbli residenzjali ser jogħla, sakemm l-iskop tal-kuntratt ta’ kreditu mhuwiex li proprjetà immobbli residenzjali tinbena jew tiġi rinnovata;
  • f. il- mutwanti ma għandux ikun jista’ jikkanċella jew jibdel il -kuntratt ta’ kreditu ladarba jkun ġie konkluż għad -detriment tal- mutwatarju fuq il - bażi li l -valutazzjoni tal- affidabbiltà kreditizja twettqet ħażin;
  • g. il- mutwanti għandu jagħmel il -kreditu disponibbli lill-mutwatarju biss meta r-riżultat tal -valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja jindika li l- obbligi li jirriżultaw mill - kuntratt ta’ kreditu x’aktarx li jintlaħqu skont kif meħtieġ skont dak il -kuntratt;
  • h. l-affidabbiltà kreditizja tal- mutwatarju tiġi valutata mill - ġdid abbażi ta’ informazzjoni aġġornata qabel tingħata kwalunkwe żieda sinifikanti fl -ammont totali ta’ kreditu wara l- konklużjoni tal -kuntratt ta’ kreditu sakemm tali kreditu addizzjonali ma jkun x ġie previst u inkluż fil - valutazzjoni oriġinali tal -affidabbiltà kreditizja.

Kriterji biex ikun determinat l- għarfien espert tal - oriġinatur jew tal - mutwanti oriġinali

34. Għall -finijiet tad- determinazzjoni ta’ jekk oriġinatur jew mutwanti oriġinali għandux …

Għall -finijiet tad- determinazzjoni ta’ jekk oriġinatur jew mutwanti oriġinali għandux għarfien

espert fl- oriġini ta’skoperturi ta’ natura simili għal dawk titolizzati f’konformità mar -raba’

subparagrafu tal-Artikolu 26b(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, jenħtieġ li japplikaw it -tnejn li ġejjin:

  • a. il-membri tal- korp maniġerjali tal - oriġinatur jew tal - mutwanti oriġinali u l -persunal ta’ livell għoli, għajr il -membri tal- korp maniġerjali, responsabbli mill - immaniġġar tal- oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ natura simili għal dawk titolizzati għandu jkoll hom għarfien u ħiliet xierqa fl - oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ natura simili għal dawk titolizzati;
  • b. kwalunkwe wieħed mill - prinċipji li ġejjin dwar il -kwalità tal- għarfien espert għandu jittieħed in kunsiderazzjoni:
i.ir-rwol u d-dmirijiet tal-membri tal- korp maniġerjali u tal -persunal superjuri u l- kapaċitajiet meħtieġa għandhom ikunu adegwati;
ii.l-esperjenza tal-membri tal- korp maniġerjali u l -persunal superjuri li jkunu kisbu f’pożizzjonijiet preċedenti, l -edukazzjoni u t- taħriġ jenħtieġ li jkunu suffiċjenti;
iii.l-involviment tal-membri tal- korp maniġerjali u tal -persunal superjuri fi ħdan l -istruttura ta’ governanza tal-funzjoni tal- ħolqien tal -iskoperturi jenħtieġ li jkun xieraq;
iv.fil- każ ta’ entità regolata b’mod prudenzjali, l -awtorizzazzjonijiet regolatorji jew il- permessi miżmuma mill - entità jenħtieġ li jitqiesu rilevanti għall - oriġini tal - iskoperturi ta’ natura simili għal dawk titolizzati.
35. Oriġinatur jew mutwanti oriġinali għandhom jitqiesu li għandhom l - għarfien espert meħtieġ …

Oriġinatur jew mutwanti oriġinali għandhom jitqiesu li għandhom l - għarfien espert meħtieġ meta japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

  • a. in-negozju tal-entità jew tal- grupp konsolidat li għalih tappartjeni l - entità għal
finijietkontabilistiċi jew prudenzjali, inkluda l - ħolqien ta’ skoperturi simili għal

dawk titolizzati, għal tal - inqas ħames snin;

  • b. meta r- rekwiżit imsemmi fil - punt (a) ma jiġix issodisfat, dawn jikkonformaw ma’ dawn it- tnejn li ġejjin:
i.tal- inqas tnejn mill -membri tal- korp maniġerjali għandhom esperjenza professjonali rilevanti fl- oriġinazzjoni ta’ skoperturi simili għal dawk titolizzati, fuq livell personali, ta’ mill - inqas ħames snin;
ii.il-persunal anzjan, minbarra l-membri tal- korp maniġerjali, li huma responsabbli għall - ġestjoni ta’ skoperturi li joriġinaw mill - entità simili għal dawk titolizzati għandhom esperjenza professjonali rilevanti fl - oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ natura simili għal dawk titolizzati, fuq livell personali, ta’ mill- inqas ħames snin.
36. Għall -finijiet li jintwera l- għadd ta’ snin ta’ esperjenza professjonali, l - għarfien espert …

Għall -finijiet li jintwera l- għadd ta’ snin ta’ esperjenza professjonali, l - għarfien espert rilevanti jenħtieġ li jiġi żvelat f’dettall suffiċjenti u f’konformità mar - rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli biex l- investituri jkunu jistgħu jwettqu l - obbligi tagħhom skont l -Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Skoperturi ta’ natura simili

37. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(10), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402 …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(10), ir-raba’ subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi għandhom jitqiesu li huma ta’ natura simili jekk tiġi ssodisfata waħda mill - kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. l- iskoperturi jappartjenu għal waħda mill -kategoriji ta’ assi msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punti (a)(i) sa (a)(iii) jew (a)(v) sa (a)(vii) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851;
  • b. l- iskoperturi jappartjenu għall -kategorija tal-assi msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)(iv) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851, u għall -istess tip ta’ debitur imsemmi fl-Artikolu 2(3), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament;
  • c. l- iskoperturi jappartjenu għall -kategorija tal-assi msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)(viii), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851, u għandhom karatteristiċi simili fir - rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill - fatturi ta’ omoġeneità msemmija fl-Artikolu 2(6) ta’ dak ir-Regolament.

L- ebda skopertura f’inadempjenza u għal debituri/garanti b’indeboliment fil - kreditu (l - Artikolu 26b(11) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

L-iskoperturi fi stat ta’ inadempjenza

38. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi inadempjenti …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi inadempjenti jenħtieġ li jiġu interpretati skont it -tifsira tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif speċifikat aktar mir -Regolament Delegat dwar il-livell li mitu ta’ materjalità għal obbligi ta’ kreditu skaduti żviluppati f’konformità mal -Artikolu 178(6) ta’ dak ir-Regolament, u mil-Linji Gwida tal-EBA dwar l-applikazzjoni tad- definizzjoni ta’ inadempjenza żviluppata f’konformità mal-Artikolu 178(7) ta’ dak ir-Regolament.

39. Fejn oriġinatur jew mutwanti oriġinali ma jkunx istituzzjoni u għalhekk ma jkunx soġġett għar - …

Fejn oriġinatur jew mutwanti oriġinali ma jkunx istituzzjoni u għalhekk ma jkunx soġġett għar - Regolament (UE) 575/2013, l- oriġinatur jew il - mutwanti oriġinali għandhom jikkonformaw mal - gwida pprovduta fil- paragrafu preċedenti sal -punt li tali applikazzjoni ma titqiesx li hija piż żejjed. F’dak il - każ, l - oriġinatur jew il - mutwanti oriġinali għandhom japplikaw il - proċessi stabbiliti u l - informazzjoni miksuba minn debituri dwar l- oriġinazzjoni tal -iskoperturi, l-informazzjoni miksuba mingħand l - oriġinatur matu l il- ġestjoni tal -iskoperturi, jew matul il- proċedura ta’ ġestjoni tar - riskju tiegħu jew l -informazzjoni innotifikata lill- oriġinatur minn parti terza.

Skoperturi għal debitur jew garanti bi kreditu indebolit

40. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(11) tar- Regolament (UE) 2017/2402, iċ - ċirkostanzi …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(11) tar- Regolament (UE) 2017/2402, iċ - ċirkostanzi speċifikati fil - punti (a) sa (c) ta’ dak il- paragrafu jenħtieġ li jinftehmu bħala definizzjonijiet ta’ indeboliment tal- kreditu. Ċirkostanzi possibbli oħra ta’ diffikultajiet marbutin ma’ kreditu li mhumiex imsemmija fil-punti (a) sa (c) għandhom jinftiehmu li huma esklużi minn dan ir - rekwiżit.

41. Il-projbizzjoni tal- inklużjoni ta’ skoperturi sottostanti “għal debitur jew garanti bi kreditu …

Il-projbizzjoni tal- inklużjoni ta’ skoperturi sottostanti “għal debitur jew garanti bi kreditu indebolit” fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti kif imsemmi fl-Artikolu 26b(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402 jenħtieġ li tinftiehem bħala r - rekwiżit li, fiż - żmien tal - għażla, jenħtieġ li jkun hemm rikors għall - ammont sħiħ tal - iskopertura titolizzata għal mill - inqas parti waħda mhux indebolita fil -kreditu, irrispettivament minn jekk dik il-parti tkunx debitur jew garanti. Għalhekk, jenħtieġ li l -iskoperturi sottostanti ma jinkludux xi waħda minn dawn li ġejjin:

  • a. skoperturi għal debitur bi kreditu indebolit, meta ma jkunx hemm garanti għall - ammont sħiħ ta’ skoperturi titolizzati;
  • b. skoperturi għal debitur bi kreditu indebolit li għandu garanti bi kreditu indebolit.

Sa fejn jaf l- oriġinatur jew il - mutwanti oriġinali

42. Għall -finijiet tal-Artikolu 20(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandard tal- “aħjar …

Għall -finijiet tal-Artikolu 20(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandard tal- “aħjar għarfien” għandu jitqies li ġie sodisfat abbażi tal -informazzjoni miksuba biss minn kwalunkwe kombinazzjoni ta’ sorsi u ċirkostanzi li ġejjin:

  • a. debituri dwar l- oriġinazzjoni tal -iskoperturi;
  • b. l- oriġinatur matul il - ġestjoni tiegħu tal -iskoperturi jew matul il- proċeduri ta’ ġestjoni tar - riskju tiegħu;
  • c. notifiki lill- oriġinatur minn parti terza;
  • d. informazzjoni disponibbli pubblikament jew informazzjoni dwar kwalunkwe entrata f’wieħed mir - reġistri tal -kreditu jew aktar ta’ persuni bi storja ta’ kreditu negattiva fil-mument tal- oriġini ta’ skopertura sottostanti, sa fejn dik l - informazzjoni tkun diġà tqieset fil -kuntest ta’ (a), (b) u (c) biss, u skont ir- rekwiżiti regolatorji u superviżorji applikabbli, inkluż fir -rigward ta’ kriterji tal- għoti ta’ kreditu tajba kif speċifikat fl -Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/2402. Dan bl-eċċezzjoni ta’ riċevib bli tan- negozju li ma jkunux oriġinaw fil -forma ta’ self, li fir-rigward tagħhom il -kriterji tal- għoti ta’ kreditu ma jkunx hemm bżonn li jiġu ssodisfati.

Esponimenti għal debituri jew garanti bi kreditu indebolit li jkunu għaddew minn proċess ta’ ristrutturar tad-dejn

43. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(11), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir- rekwiżit …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(11), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir- rekwiżit li jiġu esklużi skoperturi għal debituri jew garanti b’indeboliment fil - kreditu li jkunu għaddew minn proċess ta’ ristrutturar tad -dejn fir-rigward tal-iskoperturi improduttivi tagħhom jenħtieġ li jinftiehem li jirreferi kemm għall -iskoperturi ristrutturati tad-debitur jew tal-garanti rispettiv kif ukoll għal dawk tal - iskoperturi tiegħu li huma stess ma kinux soġġetti għal ristrutturar. Għall - finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-iskoperturi ristrutturati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 26b(11), il-punti (a)(i) u (a)(ii) tar- Regolament (UE) 2017/2402 jenħtieġ li ma jwasslux biex id-debitur jew il- garanti jiġi nominat bħala bi kreditu indebolit.

Reġistru tal -kreditu

44. Ir- rekwiżit imsemmi fl -Artikolu 26b(11), il-punt (b), tar- Regolament (UE) 2017/2402 jenħtieġ …

Ir- rekwiżit imsemmi fl -Artikolu 26b(11), il-punt (b), tar- Regolament (UE) 2017/2402 jenħtieġ li jinftiehem bħala limitat għal skoperturi għal debituri jew garanti li għalihom japplikaw iż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin fil -mument tal- oriġinazzjoni tal -isko pertura sottostanti:

  • a. id-debitur jew il- garanti jiġi mmarkat b’mod espliċitu f’reġistru tal - kreditu bħala entità bi storja ta’ kreditu avversa minħabba status negattiv jew informazzjoni negattiva maħżuna fir - reġistru tal -kreditu;
  • b. id-debitur jew il- garanti jkun fuq ir - reġistru ta’ kreditu għal raġunijiet li huma relevanti għall -iskopijiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu.

Riskju li pagamenti maqbula b’mod kuntrattwali li ma jsirux ikunu ogħla b’mod sinifikanti milli għal skoperturi komparabbli

45. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(11), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2017/2402, id-debituri …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(11), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2017/2402, id-debituri jew il-garanti bi kreditu indebolit tal- iskoperturi m’għandhomx jitqiesu li għandhom “valutazzjoni tal - kreditu jew punteġġ tal -kreditu li jindika li r-riskju li ma jsirux il-pagamenti kuntrattwalment maqbulin huwa ferm ogħla minn dak ta’ skoperturi komparabbli ta’ debituri jew garanti oħrajn bi kreditu indebolit miżmuma mill - oriġinatur li mhumiex titolizzati” meta japplikaw iż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. il-fatturi l-aktar rilevanti li jiddeterminaw il-prestazzjoni mistennija tal-iskoperturi sottostanti u l-iskoperturi komparabbli huma simili;
  • b. bħala riżultat tas -similarità msemmija fil- punt (a) seta’ raġonevolment ikun mistenni, abbażi ta’ indikazzjonijiet bħall -prestazzjoni fl- imgħoddi jew il -mudelli applikabbli, li, matul il- ħajja tat - tranżazzjoni jew fuq massimu ta’ erba’ snin, meta l- ħajja t at- tranżazzjoni tkun itwal minn erba’ snin, il -prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti ma tkunx agħar b’mod sinifikanti minn dik tal -iskoperturi komparabbli.
46. Il-kundizzjonijiet fil- paragrafu preċedenti għandhom jitqiesu li ġew issodisfati meta tapplika …

Il-kundizzjonijiet fil- paragrafu preċedenti għandhom jitqiesu li ġew issodisfati meta tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

  • a. l- iskoperturi sottostanti ma jinkludux skoperturi li huma kklassifikati bħala dubjużi, indeboliti jew improduttivi, jew ikklassifikati għal effett simili skont il - prinċipji ta’ kontabbiltà rilevanti;
  • b. l- iskoperturi sottostanti ma jinkludux skoperturi għal debituri jew garanti li l -kwalità tal- kreditu tagħhom, ibbażata fuq klassifikazzjonijiet tal -kreditu jew livelli limiti tal-kwalità tal- kreditu oħra, hija agħar b’mod sinifikanti mill -kwalità tal-kreditu ta’ debituri jew garanti ta’ skoperturi komparabbli li l- oriġinatur joriġina matul l - operazzjonijiet ta’ self standard u l- istrateġija tar -riskju tal- kreditu tiegħu.

Mill - inqas pagament wieħed magħmul (l - Artikolu 26b(12) tar - Regolament (UE) 2017/2402)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kriterju

47. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, avvanzi u prelevamenti …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, avvanzi u prelevamenti ulterjuri f’termini ta’ skopertura waħda jew ristrutturar tal - istess skopertura għal mutwatarju partikolari ma għandhomx jitqiesu li jiskattaw rekwiżit ġdid ta’ “tal - inqas pagament wieħed” fir - rigward ta’ tali skopertura.

48. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- għażla maħsuba ta’ …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- għażla maħsuba ta’ skopertura separata differenti għall - istess mutwatarju għandha tiskatta rekwiżit ta’ “tal - inqas pagament wieħed” ġdid fir -rigward ta’ tali skopertura.

Tal- inqas pagament wieħed

49. Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-pagament imsemmi …

Għall -finijiet tal-Artikolu 26b(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il-pagament imsemmi fir-rekwiżit li skontu “tal - inqas pagament wieħed” kellu jsir fiż - żmien tal - inklużjoni tal -iskoperturi sottostanti jenħtieġ li jkun pagament ta’ kiri, kapital jew imgħax jew kwalunkwe tip ieħor ta’ pagament ordinarju speċifikat fil -ftehim kuntrattwali relatat mal-iskopertura.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/