+4.6 Il - pjan ta' komunikazzjoni u divulgazzjoni
---+57. Jenħtieġ li l - emittenti jinkludu fil - pjan ta’ rkupru pjan ta’ komunikazzjoni u …
---+58. Il - pjan ta’ komunikazzjoni u divulgazzjoni għandu jikkjarifika kif l - emittent beħsiebu …
---+59. Fil - pjan ta’ komunikazzjoni u divulgazzjoni, l - emittenti jenħtieġ li jinkludu wkoll kif se …
---+60. Il - pjan ta’ komunikazzjoni u divulgazzjoni għandu jiċċara (it - taħlita ta’) kanali ta’ …

4.6 Il - pjan ta' komunikazzjoni u divulgazzjoni

4.6 Il - pjan ta' komunikazzjoni u divulgazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
57. Jenħtieġ li l - emittenti jinkludu fil - pjan ta’ rkupru pjan ta’ komunikazzjoni u …

Jenħtieġ li l - emittenti jinkludu fil - pjan ta’ rkupru pjan ta’ komunikazzjoni u divulgazzjoni li jiddeskrivi kif l - emittent biħsiebu jinforma lid - detenturi tat - token u lil partijiet ikkonċernati oħra, inkluż il - pubbliku, dwar l - implimentazzjoni tal - għażliet ta’ rkupru. Il - pjan ta’ komunikazzjoni u divulgazzjoni għandu jinkludi wkoll proposti effettivi għall - ġestjoni ta’ kwalunkwe reazzjoni potenzjalment negattiva tas - suq.

58. Il - pjan ta’ komunikazzjoni u divulgazzjoni għandu jikkjarifika kif l - emittent beħsiebu …

Il - pjan ta’ komunikazzjoni u divulgazzjoni għandu jikkjarifika kif l - emittent beħsiebu jikkomunika:

  • a) internament, b’mod partikolari lill - persunal, lill - kunsilli tax - xogħol u lil rappreżentanti oħrajn tal - persunal, jekk ikun hemm; u
  • b) esternament, b’mod partikolari lil detenturi ta’ token, azzjonisti u investituri oħrajn, awtoritajiet kompetenti, swieq finanzjarji u infrastrutturi tas - suq finanzjarju, kontropartijiet oħrajn u l - pubbliku ġenerali, kif xieraq.
59. Fil - pjan ta’ komunikazzjoni u divulgazzjoni, l - emittenti jenħtieġ li jinkludu wkoll kif se …

Fil - pjan ta’ komunikazzjoni u divulgazzjoni, l - emittenti jenħtieġ li jinkludu wkoll kif se jiżguraw il - preservazzjoni tas - servizzi tagħhom relatati mat - tokens, l - iskedi ta’ żmien previsti għall - irkupru tal - operazzjonijiet tagħhom u għat - twettiq tal - obbligi tagħhom. Il - pjan ta’ komunikazzjoni u divulgazzjoni jenħtieġ li jipprovdi wkoll għal xenarji li fihom huwa improbabbli li l - emittent se jirkupra l - operazzjonijiet jew se jissodisfa l - obbligi tiegħu, u b’hekk iwassal għall - attivazzjoni tal - pjan ta’ tifdija tal - emittent.

60. Il - pjan ta’ komunikazzjoni u divulgazzjoni għandu jiċċara (it - taħlita ta’) kanali ta’ …

Il - pjan ta’ komunikazzjoni u divulgazzjoni għandu jiċċara (it - taħlita ta’) kanali ta’ komunikazzjoni u l - istrateġiji li l - emittent biħsiebu juża matul il - fażi ta’ rkupru. Meta jagħmlu dan, l - emittenti għandhom jikkunsidraw li:

  • a) partijiet ikkonċernati differenti jista’ jkollhom ħtiġijiet ta’ komunikazzjoni differenti;
  • b) il - partijiet ikkonċernati interni u esterni jaf ikollhom bżonn jiġu informati fi stadji differenti; u
  • c) għażliet ta’ rkupru differenti jistgħu jeħtieġu strateġiji ta’ komunikazzjoni speċifiċi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/