+4.8 Interazzjoni bejn l - obbligi differenti ta’ ppjanar ta’ rkupru
---+63. Meta token irreferenzjat ma’ assi jew token tal - flus elettroniċi jinħareġ minn emittenti …
---+64. Fir - rigward tal - format, l - emittenti li joffru żewġ tokens jew aktar lill - pubbliku …
---+65. L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkunsidraw jekk l - emittenti li joffru żewġ tokens …
---+66. L- emittenti li joffru żewġ tokens jew aktar lill - pubbliku jenħtieġ li mill - inqas jiżguraw …
---+67. Meta l - emittent ikun istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal - investiment meħtieġa tiġbed …
---+68. Il - paragrafu preċedenti ma japplikax għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal - …
|
4.8 Interazzjoni bejn l - obbligi differenti ta’ ppjanar ta’ rkupru
Emittenti multipli tal- istess token u emittenti li joffru żewġ tokens jew iktar lill-pubbliku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
63. Meta token irreferenzjat ma’ assi jew token tal - flus elettroniċi jinħareġ minn emittenti …
|
Meta token irreferenzjat ma’ assi jew token tal - flus elettroniċi jinħareġ minn emittenti multipli, jenħtieġ li l - emittenti kollha jinkludu fil - pjan ta’ rkupru tagħhom kif se jiżguraw koordinazzjoni effettiva fost il - pjanijiet ta’ rkupru rispettivi. B’mod partikolari, jenħtieġ li l - emittenti jistabbilixxu fil - pjan ta’ rkupru tagħhom miżuri xierqa mmirati biex jiżguraw li: - a) l - indikaturi tal - pjan ta’ rkupru huma allinjati sal - massimu possibbli;
- b) il - livelli limiti tal - indikaturi tal - pjan ta’ rkupru relatati mat - tokins jiġu stabbiliti fl - istess livell;
- c) l - għażliet ta’ rkupru stabbiliti f’kull pjan huma konsistenti ma’ xulxin;
- d) l - attivazzjoni u l - eżekuzzjoni tal - pjanijiet ta’ rkupru rispettivi jiġu maqbula u kkoordinati fost l - emittenti kollha;
- e) l - implimentazzjoni ta’ ċerti għażliet ta’ rkupru minn wieħed mill - emittenti ma tħallix impatt bla bżonn fuq l - implimentazzjoni ta’ għażliet ta’ rkupru oħrajn mill - emittenti l - oħrajn;
- f) l - eżekuzzjoni tal - pjanijiet ta’ rkupru ssir b’mod li d - detenturi tat - token kollha jiġu ttrattati b’mod ġust u ugwali.
|
|
64. Fir - rigward tal - format, l - emittenti li joffru żewġ tokens jew aktar lill - pubbliku …
|
Fir - rigward tal - format, l - emittenti li joffru żewġ tokens jew aktar lill - pubbliku jenħtieġ li jabbozzaw pjan ta’ rkupru għal kull token irreferenzjat ma’ assi u/jew tal - flus elettroniċi li joħorġu u jikkalibraw l - indikaturi u l - livelli limiti tal - pjan ta’ rkupru speċifiċi għat - tokens li fih.
|
|
65. L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkunsidraw jekk l - emittenti li joffru żewġ tokens …
|
L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkunsidraw jekk l - emittenti li joffru żewġ tokens jew aktar lill - pubbliku għandhomx jabbozzaw pjan ta’ rkupru separat wieħed għal kull token maħruġ jew pjan ta’ rkupru uniku maqsum f’taqsimiet separati, kull waħda tistabbilixxi elementi speċifiċi għat - tokens. Din it - tieni opzjoni għandha tiġi eskluża meta wieħed mit - tokins jinħareġ minn diversi emittenti.
|
|
66. L- emittenti li joffru żewġ tokens jew aktar lill - pubbliku jenħtieġ li mill - inqas jiżguraw …
|
L- emittenti li joffru żewġ tokens jew aktar lill - pubbliku jenħtieġ li mill - inqas jiżguraw li: - a) l - indikaturi tal - pjan ta’ rkupru relatati mal - emittent ikunu konsistenti u l - livelli limiti rispettivi jiġu stabbiliti fl - istess livell;
- b) l - għażliet ta’ rkupru stabbiliti għal kull token mhumiex qegħdin jikkontradixxu lil xulxin;
- c) l - attivazzjoni u l - eżekuzzjoni ta’ pjan ta’ rkupru wieħed ma jħallux impatt negattiv fuq l - attivazzjoni u l - eżekuzzjoni ta’ pjanijiet ta’ rkupru oħrajn;
- d) l - implimentazzjoni ta’ kwalunkwe għażla ta’ rkupru ma tinterferixxix mal - forniment ta’ servizzi relatati mat - tokens l - oħrajn maħruġa.
Emittenti soġġetti għal obbligi oħrajn ta’ ppjanar ta’ rkupru skont il - leġiżlazzjoni settorjali tal-UE
|
|
67. Meta l - emittent ikun istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal - investiment meħtieġa tiġbed …
|
Meta l - emittent ikun istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal - investiment meħtieġa tiġbed pjan ta’ rkupru skont id - Direttiva 2014/59/UE5 , soġġett għall - ftehim minn qabel mal - awtoritajiet kompetenti maħtura skont ir - Regolament (UE) 2023/1114 u d - Direttiva 2014/59/UE, u soġġett għall - konformità mar - rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fid - Direttiva 2014/59/UE, tali emittent: - a) jistgħu jinkludu fil - pjan ta’ rkupru abbozzat u approvat f’konformità mad - Direttiva 2014/59/UE (il - “pjan ta’ rkupru tal - BRRD”) anness li jinkludi l - informazzjoni kollha speċifikata f’dawn il - linji gwida, billi jagħmlu kontroreferenza għat - taqsimiet rilevanti tal - pjan ta’ rkupru tal - BRRD li huma adattati biex jikkonformaw mat - taqsimiet 4.2 sa 4.6 ta’ dawn il - linji gwida, u/jew billi jinkludu taqsimiet ġodda jew informazzjoni fejn meħtieġ biex jikkonformaw ma’ dawn il - linji gwida;
- b) l - emittenti li jagħżlu opzjoni taħt l - ittra a) ta’ hawn fuq għandhom jissottomettu l - pjan ta’ rkupru skont ir - Regolament (UE) 2023/1114 abbozzat fil - forma tal - anness imsemmi taħt l - ittra a) ta’ hawn fuq lill - awtorità kompetenti maħtura skont ir - Regolament (UE) 2023/1114; l - emittent għandu wkoll jidentifika b’mod ċar f’dikjarazzjoni/indiċi t - taqsimiet u l - paġni speċifiċi tal - pjan ta’ rkupru tal - BRRD fejn tkun inkluża l - informazzjoni stabbilita f’dawn il - linji gwida.
5 Id - Direttiva 2014/59/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall - irkupru u r - riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d - Direttiva tal - Kunsill 82/891/KEE u d - Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r - Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
|
|
68. Il - paragrafu preċedenti ma japplikax għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal - …
|
Il - paragrafu preċedenti ma japplikax għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal - investiment li huma emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|