+31. Fil - valutazzjoni ta’ impenn ta’ żmien suffiċjenti ta’ membru, l - emittenti tal - ART u tas …
|
31. Fil - valutazzjoni ta’ impenn ta’ żmien suffiċjenti ta’ membru, l - emittenti tal - ART u tas …
Fil - valutazzjoni ta’ impenn ta’ żmien suffiċjenti ta’ membru, l - emittenti tal - ART u tas -CASP għandhom iqisu mill - inqas dan li ġej: - a. l - għadd ta’ direttorati f’entitajiet finanzjarji u kumpaniji oħra miżmuma minn dak il - membru fl - istess ħin, filwaqt li jitqiesu s - sinerġiji possibbli bejn direttorati differenti, eż. f’kuntest ta’ grupp, inkluż meta jaġixxi f’isem persuna ġuridika jew bħala sostitut ta’ membru tal - korp maniġerjali;
- b. id- direttorati f’organizzazzjonijiet li ma jsegwux objettivi kummerċjali predominanti miżmuma minn dak il - membru fl - istess ħin;
- c. id- daqs, in - natura, il - kamp ta’ applikazzjoni u l - kumplessità tal - attivitajiet tal - entità li tagħha l - membru huwa direttur u, b’mod partikolari, jekk l - entità hijiex entità mhux tal - UE;
- d. il - preżenza ġeografika tal - membru u l - ħin tal - ivvjaġġar meħtieġ għar - rwol;
- e. l - għadd ta’ laqgħat skedati għall - korp maniġerjali;
- f. kwalunkwe laqgħa meħtieġa li għandha ssir, b’mod partikolari, mal - awtoritajiet kompetenti jew partijiet ikkonċernati interni jew esterni oħra barra l - iskeda formali tal - laqgħat tal - korp maniġerjali;
- g. in- natura tal - pożizzjoni speċifika u r - responsabbiltajiet tal - membru, inklużi rwoli speċifiċi bħal CEO, president, jew membru ta’ kumitat, jekk il - membru għandux pożizzjoni eżekuttiva jew mhux eżekuttiva, u l - ħtieġa li dak il - membru jattendi laqgħat fil - kumpaniji elenkati fil - punti (a) u (b) u fl - entità finanzjarja;
- h. attivitajiet professjonali jew politiċi esterni oħra, u kwalunkwe funzjoni u attività rilevanti oħra, kemm fis - settur finanzjarju kif ukoll barra minnu u kemm fl - UE kif ukoll barra minnha;
- i. l - induzzjoni u t - taħriġ meħtieġa;
- j. kwalunkwe dmir rilevanti ieħor tal - membru kkunsidrat li huwa neċessarju li jitqies fil - valutazzjoni minħabba li jobbliga lill - membru biex jiddedika ħin.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|