+C.2.4 Impenn ta’ żmien suffiċjenti tal - membri tal - korp maniġerjali
---+29. Il - membri tal - korp maniġerjali ta’ emittenti tal - ART, f’konformità mal - Artikoli 34(2) …
---+30. Il - membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom f’perjodi ta’ attività …
---+31. Fil - valutazzjoni ta’ impenn ta’ żmien suffiċjenti ta’ membru, l - emittenti tal - ART u tas …
---+32. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jirreġistraw ir - rwoli, id - dmirijiet u l - …
---+33. Membru tal - korp maniġerjali għandu jkun konxju tal - impenn ta’ żmien mistenni. L - emittenti …
---+34. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jimmonitorjaw jekk il - membri tal - korp …
---+35. L- impatt ta’ kwalunkwe assenza fit - tul ta’ membri tal - korp maniġerjali għandu jiġi …
---+36. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom iżommu rekords tal - pożizzjonijiet professjonali …

C.2.4 Impenn ta’ żmien suffiċjenti tal - membri tal - korp maniġerjali

C.2.4 Impenn ta’ żmien suffiċjenti tal - membri tal - korp maniġerjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
29. Il - membri tal - korp maniġerjali ta’ emittenti tal - ART, f’konformità mal - Artikoli 34(2) …

Il - membri tal - korp maniġerjali ta’ emittenti tal - ART, f’konformità mal - Artikoli 34(2) tal - MiCA, jew membri tal - korp maniġerjali ta’ CASP, skont l - Artikolu 68(1) ta’ dak ir - Regolament, għandhom ikunu jistgħu jiddedikaw żmien suffiċjenti biex iwettqu l - funzjonijiet u r - responsabbiltajiet tagħhom. Dan jinkludi li huma kapaċi jiddedikaw żmien suffiċjenti fid - dawl ta’ obbligi oħra li jista’ jkollhom.

30. Il - membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom f’perjodi ta’ attività …

Il - membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom f’perjodi ta’ attività partikolarment miżjuda, jew bħala riżultat ta’ xi diffikultà kbira f’waħda jew aktar mill - operazzjonijiet tagħha, filwaqt li jitqies li f’perjodi bħal dawn jista’ jkun meħtieġ livell ogħla ta’ impenn ta’ żmien milli f’perjodi normali.

31. Fil - valutazzjoni ta’ impenn ta’ żmien suffiċjenti ta’ membru, l - emittenti tal - ART u tas …

Fil - valutazzjoni ta’ impenn ta’ żmien suffiċjenti ta’ membru, l - emittenti tal - ART u tas -CASP għandhom iqisu mill - inqas dan li ġej:

  • a. l - għadd ta’ direttorati f’entitajiet finanzjarji u kumpaniji oħra miżmuma minn dak il - membru fl - istess ħin, filwaqt li jitqiesu s - sinerġiji possibbli bejn direttorati differenti, eż. f’kuntest ta’ grupp, inkluż meta jaġixxi f’isem persuna ġuridika jew bħala sostitut ta’ membru tal - korp maniġerjali;
  • b. id- direttorati f’organizzazzjonijiet li ma jsegwux objettivi kummerċjali predominanti miżmuma minn dak il - membru fl - istess ħin;
  • c. id- daqs, in - natura, il - kamp ta’ applikazzjoni u l - kumplessità tal - attivitajiet tal - entità li tagħha l - membru huwa direttur u, b’mod partikolari, jekk l - entità hijiex entità mhux tal - UE;
  • d. il - preżenza ġeografika tal - membru u l - ħin tal - ivvjaġġar meħtieġ għar - rwol;
  • e. l - għadd ta’ laqgħat skedati għall - korp maniġerjali;
  • f. kwalunkwe laqgħa meħtieġa li għandha ssir, b’mod partikolari, mal - awtoritajiet kompetenti jew partijiet ikkonċernati interni jew esterni oħra barra l - iskeda formali tal - laqgħat tal - korp maniġerjali;
  • g. in- natura tal - pożizzjoni speċifika u r - responsabbiltajiet tal - membru, inklużi rwoli speċifiċi bħal CEO, president, jew membru ta’ kumitat, jekk il - membru għandux pożizzjoni eżekuttiva jew mhux eżekuttiva, u l - ħtieġa li dak il - membru jattendi laqgħat fil - kumpaniji elenkati fil - punti (a) u (b) u fl - entità finanzjarja;
  • h. attivitajiet professjonali jew politiċi esterni oħra, u kwalunkwe funzjoni u attività rilevanti oħra, kemm fis - settur finanzjarju kif ukoll barra minnu u kemm fl - UE kif ukoll barra minnha;
  • i. l - induzzjoni u t - taħriġ meħtieġa;
  • j. kwalunkwe dmir rilevanti ieħor tal - membru kkunsidrat li huwa neċessarju li jitqies fil - valutazzjoni minħabba li jobbliga lill - membru biex jiddedika ħin.
32. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jirreġistraw ir - rwoli, id - dmirijiet u l - …

L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jirreġistraw ir - rwoli, id - dmirijiet u l - kapaċitajiet meħtieġa tad - diversi pożizzjonijiet fi ħdan il - korp maniġerjali u l - impenn ta’ żmien mistenni meħtieġ għal kull pożizzjoni individwali, filwaqt li jqisu wkoll il - ħtieġa li jiddedikaw żmien suffiċjenti għall - induzzjoni u t - taħriġ. Għal dan il - għan, is - CASP li jaqgħu skont il - klassi 1 tal - Anness IV tal - MiCA u emittenti tal - ART mhux sinifikanti għandhom jiddistingwu l - impenn ta’ żmien mistenni bejn il - membri tal -korp m aniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu u l -membri tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu aktar milli għall - pożizzjonijiet individwali fi ħdan dawk il - funzjonijiet.

33. Membru tal - korp maniġerjali għandu jkun konxju tal - impenn ta’ żmien mistenni. L - emittenti …

Membru tal - korp maniġerjali għandu jkun konxju tal - impenn ta’ żmien mistenni. L - emittenti tal - ART u tas - CASP jistgħu jirrikjedu li l - membru jiddokumenta l - kapaċità li jiddedika ż - żmien meħtieġ għar - rwol b’mod xieraq.

34. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jimmonitorjaw jekk il - membri tal - korp …

L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jimmonitorjaw jekk il - membri tal - korp maniġerjali jiddedikaw żmien suffiċjenti biex iwettqu l - funzjonijiet tagħhom. It - tħejjija għal - laqgħat, l - attendenza u l - involviment attiv tal - membri fil - laqgħat tal - korp maniġerjali huma kollha indikaturi tal - impenn ta’ żmien.

35. L- impatt ta’ kwalunkwe assenza fit - tul ta’ membri tal - korp maniġerjali għandu jiġi …

L- impatt ta’ kwalunkwe assenza fit - tul ta’ membri tal - korp maniġerjali għandu jiġi kkunsidrat fil - valutazzjoni tal - impenn ta’ żmien suffiċjenti ta’ membri individwali oħrajn tal -korp maniġerjali.

36. L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom iżommu rekords tal - pożizzjonijiet professjonali …

L- emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom iżommu rekords tal - pożizzjonijiet professjonali u politiċi esterni kollha miżmuma mill - membri tal - korp maniġerjali. Dawn ir - rekords għandhom jiġu aġġornati kull meta membru jinnotifika lill - emittent tal - ART jew tas -C ASP dwar bidla u meta tali bidliet jinġiebu b’mod ieħor għall - attenzjoni tal - emittent tal - ART jew tas - CASP. Meta jseħħu tali bidliet li jistgħu jnaqqsu l - kapaċità ta’ membru tal - korp maniġerjali li jiddedika żmien suffiċjenti biex iwettaq il - funzjoni tal - membri, l - emittent tal - ART jew tas - CASP għandu jivvaluta mill - ġdid il - kapaċità tal - membru li jiddedika żmien suffiċjenti għall - funzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/