+90. Għall - finijiet tal - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fit - tliet linji ta’ difiża …

90. Għall - finijiet tal - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fit - tliet linji ta’ difiża …

Għall - finijiet tal - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fit - tliet linji ta’ difiża f’konformità mat - Taqsima 5.4:

  • a) l- ewwel linja ta’ difiża għandha tkun responsabbli li tistabbilixxi djalogu mal - kontropartijiet dwar l - istrateġiji ta’ tranżizzjoni tagħhom stess u tivvaluta l - konsistenza mal - objettivi u mal - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni, abbażi ta’ politiki ċari ta’ involviment kif stabbilit fil - paragrafu 109e(i). Għal dan l - għan, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - persunal rilevanti jkollu biżżejjed għarfien espert u kapaċitajiet biex jivvaluta l - punt sa fejn l - istrateġiji ta’ tranżizzjoni tal - kontropartijiet, inklużi l - pjanijiet ta’ tranżizzjoni tagħhom fejn disponibbli, se jtejbu r - reżiljenza tagħhom għar - riskji tal - ESG u jallinjaw mal - miri tal - istituzzjoni;
  • b) il- funzjoni tal - immaniġġjar tar - riskji għandha tiżgura li l - limiti tar - riskji stabbiliti fid - dikjarazzjoni tal - aptit għar - riskju bħala parti mill - qafas tal - immaniġġjar tar - riskju jkunu konsistenti mal - aspetti kollha tal - pjan tal - istituzzjoni, inklużi l - politiki settorjali;
  • c) il- kapaċità tal - awditjar intern għandha tirrieżamina l - pjan tal - istituzzjoni bħala parti mill- qafas ta’ ġestjoni tar - riskji u jivvaluta jekk jikkonformax mar - rekwiżiti legali u regolatorji u jekk huwiex konsistenti mal - istrateġija għar - riskju u mal - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni fir - rigward tar - riskji tal - ESG. Għal dan il - għan, il - kapaċità tal - awditjar intern għandha tikkunsidra jekk il - pjan jippermettix lill - istituzzjoni tidentifika u tindirizza bidliet fil - profil tar - riskju tagħha, kif l - istituzzjoni tindirizza devjazzjonijiet mill- miri tagħha, u jekk is - suppożizzjonijiet, il - metodoloġiji u l - kriterji sottostanti ntgħażlux u ntużawx b’integrità. 6.2.2. Il - proċessi interni u l - kapaċità interna

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/