+6.2 Governanza
---+88. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw u jallokaw b’mod ċar ir - responsabbiltajiet għall - …
---+89. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli għall - approvazzjoni tal - pjanijiet u għandu …
---+90. Għall - finijiet tal - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fit - tliet linji ta’ difiża …
---+91. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw interazzjoni u skambji sinifikanti u regolari fil - …
---+92. F’konformità mat - Taqsima 5.4, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkollhom biżżejjed …
---+93. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom fis - seħħ proċessi ta’ governanza sodi biex jiġbru …
|
6.2 Governanza
6.2.1. Rwoli u responsabbiltajiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
88. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw u jallokaw b’mod ċar ir - responsabbiltajiet għall - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw u jallokaw b’mod ċar ir - responsabbiltajiet għall - iżvilupp, il - validazzjoni, l - implimentazzjoni u l - monitoraġġ tal - pjanijiet. Meta jassenjaw ir - rwoli u r - responsabbiltajiet fil - livell xieraq ta’ superjorità, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu l - interrelazzjoni u l - influwenza li l - proċess tal - ippjanar tat - tranżizzjoni għandu jkollu fuq proċessi oħra bħall - istrateġija kummerċjali usa’ u l - aptit għar - riskju.
|
|
89. Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli għall - approvazzjoni tal - pjanijiet u għandu …
|
Il- korp ta’ ġestjoni għandu jkun responsabbli għall - approvazzjoni tal - pjanijiet u għandu jissorvelja l - implimentazzjoni tagħhom, inkluż li jkun infurmat regolarment dwar l - iżviluppi rilevanti u l - progress miksub fir - rigward tal - miri tal - istituzzjoni u jieħu deċiżjonijiet dwar azzjonijiet ta’ rimedju f’każ ta’ devjazzjonijiet sinifikanti.
|
|
90. Għall - finijiet tal - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fit - tliet linji ta’ difiża …
|
Għall - finijiet tal - integrazzjoni tar - riskji tal - ESG fit - tliet linji ta’ difiża f’konformità mat - Taqsima 5.4: - a) l- ewwel linja ta’ difiża għandha tkun responsabbli li tistabbilixxi djalogu mal - kontropartijiet dwar l - istrateġiji ta’ tranżizzjoni tagħhom stess u tivvaluta l - konsistenza mal - objettivi u mal - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni, abbażi ta’ politiki ċari ta’ involviment kif stabbilit fil - paragrafu 109e(i). Għal dan l - għan, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - persunal rilevanti jkollu biżżejjed għarfien espert u kapaċitajiet biex jivvaluta l - punt sa fejn l - istrateġiji ta’ tranżizzjoni tal - kontropartijiet, inklużi l - pjanijiet ta’ tranżizzjoni tagħhom fejn disponibbli, se jtejbu r - reżiljenza tagħhom għar - riskji tal - ESG u jallinjaw mal - miri tal - istituzzjoni;
- b) il- funzjoni tal - immaniġġjar tar - riskji għandha tiżgura li l - limiti tar - riskji stabbiliti fid - dikjarazzjoni tal - aptit għar - riskju bħala parti mill - qafas tal - immaniġġjar tar - riskju jkunu konsistenti mal - aspetti kollha tal - pjan tal - istituzzjoni, inklużi l - politiki settorjali;
- c) il- kapaċità tal - awditjar intern għandha tirrieżamina l - pjan tal - istituzzjoni bħala parti mill- qafas ta’ ġestjoni tar - riskji u jivvaluta jekk jikkonformax mar - rekwiżiti legali u regolatorji u jekk huwiex konsistenti mal - istrateġija għar - riskju u mal - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni fir - rigward tar - riskji tal - ESG. Għal dan il - għan, il - kapaċità tal - awditjar intern għandha tikkunsidra jekk il - pjan jippermettix lill - istituzzjoni tidentifika u tindirizza bidliet fil - profil tar - riskju tagħha, kif l - istituzzjoni tindirizza devjazzjonijiet mill- miri tagħha, u jekk is - suppożizzjonijiet, il - metodoloġiji u l - kriterji sottostanti ntgħażlux u ntużawx b’integrità. 6.2.2. Il - proċessi interni u l - kapaċità interna
|
|
91. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw interazzjoni u skambji sinifikanti u regolari fil - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw interazzjoni u skambji sinifikanti u regolari fil - livelli kollha tal - organizzazzjoni biex jiżguraw li l - għarfien u l - feedback mill - partijiet ikkonċernati interni jkunu jistgħu jitqiesu fil - proċess tal - formulazzjoni, l -i mplimentazzjoni u r - rieżami tal - pjanijiet. Għal dan il - għan, l - istituzzjonijiet għandhom tal - anqas jinvolvu unitajiet, dipartimenti u funzjonijiet responsabbli għall - ippjanar strateġiku, il - ġestjoni tar - riskji, id - divulgazzjonijiet tas - sostenibbiltà, is - servizzi legali u l - konformità fl - elaborazzjoni tal - pjanijiet, u għandhom jivvalutaw liema unitajiet, dipartimenti u funzjonijiet addizzjonali għandhom jiġu involuti.
|
|
92. F’konformità mat - Taqsima 5.4, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkollhom biżżejjed …
|
F’konformità mat - Taqsima 5.4, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkollhom biżżejjed kapaċità, għarfien espert u riżorsi biex jiżviluppaw u jimplimentaw il - proċess ta’ ppjanar tat - tranżizzjoni tagħhom kif ukoll biex jivvalutaw regolarment ir - robustezza tal - pjanijiet tagħhom u jimmonitorjaw l - implimentazzjoni tagħhom. L - istituzzjonijiet għandhom jimmappjaw id - diskrepanzi eżistenti fil - ħiliet u l - għarfien espert u jieħdu azzjonijiet ta’ rimedju fejn ikun meħtieġ. 6.2.3. Ġestjoni tad - data
|
|
93. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom fis - seħħ proċessi ta’ governanza sodi biex jiġbru …
|
L- istituzzjonijiet għandu jkollhom fis - seħħ proċessi ta’ governanza sodi biex jiġbru, jivvalidaw u jaggregaw id - data li hija meħtieġa biex jinfurmaw l - isforzi tal - ippjanar ta’ tranżizzjoni tagħhom u jimmonitorjaw l - implimentazzjoni tagħhom, inkluż billi jużaw l - informazzjoni pubblika disponibbli u l - pjanijiet ta’ tranżizzjoni tal - kontropartijiet kif stabbilit fit - Taqsim a 4.2.2.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|