+24. F’konformità mal - kriterji ġenerali pprovduti fil - punti 15 sa 21, is -sjieda jew il- …

24. F’konformità mal - kriterji ġenerali pprovduti fil - punti 15 sa 21, is -sjieda jew il- …

F’konformità mal - kriterji ġenerali pprovduti fil - punti 15 sa 21, is -sjieda jew il- ġestjoni ta’ attivitajiet ta’ proprjetà jenħtieġ li jitqiesu anċillari għall - banek, fi kwalunkwe waħda mis - sitwazzjonijiet illustrattivi li ġejjin:

  • a. l- attività tappoġġa l - ibbankjar, inklużi sitwazzjonijiet fejn:
  • i. il- proprjetajiet li huma proprjetà tal - impriża jew ġestiti minnha jintużaw biex jappoġġaw l - operazzjonijiet tan - negozju bankarju (eż. fergħat bankarji jew uffiċċji prinċipali); jew
  • ii. is-sjieda tal- proprjetajiet tal - impriża tinħoloq bħala riżultat dirett tan - negozju bankarju.
  • b. l- attività tikkomplementa s - settur bankarju, inklużi sitwazzjonijiet fejn:
  • i. l- impriża tikkummerċjalizza b’mod attiv lill - klijenti tagħha prodotti jew servizzi bankarji komplementari (eż. ipoteki) li jappoġġaw l - istrateġija ta’ bejgħ inkroċjat tal - grupp;
  • ii. istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji tal - grupp joffru u jbigħu b’mod attiv lill- klijenti tagħhom investimenti f’fondi ta’ proprjetà immobbli, jew jinvestu l - assi ġestiti tal - klijenti f’tali fondi ta’ proprjetà immobbli, li l - proprjetajiet tagħhom huma fil - biċċa l - kbira ġestiti mill - impriża; jew
  • iii. is- servizzi ta’ ġestjoni tal - proprjetà tal - impriża (eż. il - ġestjoni ta’ proprjetajiet ta’ investiment għall - klijenti) jiġu kkummerċjalizzati bħala servizz supplimentari għal dawk tas - servizzi bankarji (eż. ġestjoni tal - portafoll).
  • c. l- attività tiddependi b’mod sinifikanti fuq operazzjonijiet bankarji, inkluż sitwazzjonijiet fejn:
  • i. għall - finanzjament ta’ proprjetajiet li huma proprjetà jew żviluppati, l - impriża tiddependi b’mod sinifikanti fuq il - finanzjament minn istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji tal - grupp; jew
  • ii. l- impriża tiddependi fuq ċerti prodotti jew servizzi bankarji pprovduti minn istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji tal - grupp biex twettaq l -attivitajiet tagħha. Dawn is - servizzi għandhom jinkludu l - valutazzjoni tar - riskju finanzjarju tal- proġet ti, il- ġestjoni tar - riskju, l - appoġġ għall - konformità, jew servizzi oħrajn li juru livell għoli ta’ interkonnettività u dipendenza tal - impriża.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/