+Status ta’ dawn il-Linji Gwida

Status ta’ dawn il-Linji Gwida

Dan id- dokument fih Linji Gwida konġunti li għandhom jinħarġu skont l -Artikoli 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal - Parlament Ewropew u tal -Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); tar - Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal -Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax- Xogħol); u tar - Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat -Titoli u s- Swieq) (kollettivament imsejħa r - “Regolamenti ta’ Twaqqif”).

L-adozzjoni tal- Linji Gwida għandha ssir f’konformità mal - Artikoli 56, it -tieni subparagrafu, tar-Regolamenti ta’ Twaqqif.

F’konformità mal- Artikoli 16(3) tar -Regolamenti ta’ Twaqqif, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkonformaw mal - Linji Gwida.

Il- Linji Gwida konġunti għandhom l - għan li jistabbilixxu prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fis- Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF), u li jiżguraw l -applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal- użu tas -sistema stabbilita mill- ASE għall - iskambju mill- awtoritajiet kompetenti ta’ informazzjoni rilevanti għall -valutazzjoni tal-idoneità u l-adegwatezza tad- detenturi ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti, diretturi u detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u parteċipanti fis -swieq finanzjarji f’konformità mal-atti legali msemmija fl- Artikoli 1(2) tar - Regolamenti ta’ Twaqqif. L- awtoritajiet kompetenti li għalihom japplikaw il - Linji Gwida konġunti għandhom jikkonformaw billi jinkorporawhom fil- prattiki superviżorji jew fil - qafas regolatorju tagħhom kif xieraq (eż. billi jemendaw il- qafas legali tagħhom jew il - proċessi superviżorji tagħhom).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/