1. Meta l-objettivi ta’ sorveljanza ma jkunux jistgħu jintlaħqu permezz ta’ interazzjoni mal-istruttura sussidjarja għall-fini tal-Artikolu 31(12), jew billi jiġu eżerċitati attivitajiet ta’ sorveljanza f’bini li jinsab fl-Unjoni, is-Sorveljant Ewlieni jista’ jeżerċita s-setgħat, imsemmija fid-dispożizzjonijiet li ġejjin, fi kwalunkwe bini li jinsab f’pajjiż terz li jkun proprjetà, jew jintuża bi kwalunkwe mod, għall-finijiet tal-forniment ta’ servizzi lil entitajiet finanzjarji tal-Unjoni, minn fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, b’rabta mal-operazzjonijiet, il-funzjonijiet jew is-servizzi tan-negozju tiegħu, inkluż kwalunkwe uffiċċju, bini, art jew proprjetà oħra amministrattiva, tan-negozju jew operazzjonali:
|
(a)
|
fl-Artikolu 35(1), il-punt (a); u
|
|
(b)
|
fl-Artikolu 35(1), il-punt (b), f’konformità mal-Artikolu 38(2), il-punti (a), (b) u (d), u fl-Artikolu 39(1) u (2), il-punt (a).
|
Is-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu eżerċitati soġġett għall-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(i)
|
it-twettiq ta’ spezzjoni f’pajjiż terz jitqies meħtieġ mis-Sorveljant Ewlieni biex ikun jista’ jwettaq bis-sħiħ u b’mod effettiv id-dmirijiet tiegħu skont dan ir-Regolament;
|
|
(ii)
|
l-ispezzjoni f’pajjiż terz tkun direttament relatata mal-forniment ta’ servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji fl-Unjoni;
|
|
(iii)
|
il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT ikkonċernat jagħti l-kunsens għat-twettiq ta’ spezzjoni f’pajjiż terz; u
|
|
(iv)
|
l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ġiet notifikata b’mod uffiċjali mis-Sorveljant Ewlieni u ma qajmet l-ebda oġġezzjoni għaliha.
|