+Artikolu 36 Eżerċizzju tas-setgħat tas-Sorveljant Ewlieni barra l-Unjoni
---+Artikolu 36 1
---+Artikolu 36 2
---+Artikolu 36 3

Artikolu 36 Eżerċizzju tas-setgħat tas-Sorveljant Ewlieni barra l-Unjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 36 1

1.   Meta l-objettivi ta’ sorveljanza ma jkunux jistgħu jintlaħqu permezz ta’ interazzjoni mal-istruttura sussidjarja għall-fini tal-Artikolu 31(12), jew billi jiġu eżerċitati attivitajiet ta’ sorveljanza f’bini li jinsab fl-Unjoni, is-Sorveljant Ewlieni jista’ jeżerċita s-setgħat, imsemmija fid-dispożizzjonijiet li ġejjin, fi kwalunkwe bini li jinsab f’pajjiż terz li jkun proprjetà, jew jintuża bi kwalunkwe mod, għall-finijiet tal-forniment ta’ servizzi lil entitajiet finanzjarji tal-Unjoni, minn fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, b’rabta mal-operazzjonijiet, il-funzjonijiet jew is-servizzi tan-negozju tiegħu, inkluż kwalunkwe uffiċċju, bini, art jew proprjetà oħra amministrattiva, tan-negozju jew operazzjonali:

(a)

fl-Artikolu 35(1), il-punt (a); u

(b)

fl-Artikolu 35(1), il-punt (b), f’konformità mal-Artikolu 38(2), il-punti (a), (b) u (d), u fl-Artikolu 39(1) u (2), il-punt (a).

Is-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu eżerċitati soġġett għall-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

it-twettiq ta’ spezzjoni f’pajjiż terz jitqies meħtieġ mis-Sorveljant Ewlieni biex ikun jista’ jwettaq bis-sħiħ u b’mod effettiv id-dmirijiet tiegħu skont dan ir-Regolament;

(ii)

l-ispezzjoni f’pajjiż terz tkun direttament relatata mal-forniment ta’ servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji fl-Unjoni;

(iii)

il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT ikkonċernat jagħti l-kunsens għat-twettiq ta’ spezzjoni f’pajjiż terz; u

(iv)

l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun ġiet notifikata b’mod uffiċjali mis-Sorveljant Ewlieni u ma qajmet l-ebda oġġezzjoni għaliha.

Artikolu 36 2

2.   Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri, għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-EBA, l-ESMA jew l-EIOPA għandha tikkonkludi arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva mal-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz sabiex tippermetti t-twettiq bla xkiel ta’ spezzjonijiet fil-pajjiż terz ikkonċernat mis-Sorveljant Ewlieni u t-tim iddeżinjat tiegħu għall-missjoni tiegħu f’dak il-pajjiż terz. Dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u lanqas ma għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ dawk il-pajjiżi terzi u l-awtoritajiet rilevanti tagħhom.

Dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

il-proċeduri għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza mwettqa skont dan ir-Regolament u kwalunkwe monitoraġġ analogu tar-riskju ta’ parti terza tal-ICT fis-settur finanzjarju eżerċitat mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat, inkluż id-dettalji għat-trażmissjoni tal-ftehim ta’ dan tal-aħħar li jippermetti t-twettiq, mis-Sorveljant Ewlieni u t-tim iddeżinjat tiegħu, ta’ investigazzjonijiet ġenerali u spezzjonijiet fuq il-post kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, fit-territorju taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu;

(b)

il-mekkaniżmu għat-trażmissjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti bejn l-EBA, l-ESMA jew l-EIOPA u l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat, b’mod partikolari b’rabta mal-informazzjoni li tista’ tintalab mis-Sorveljant Ewlieni skont l-Artikolu 37;

(c)

il-mekkaniżmi għan-notifika fil-pront mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat lill-EBA, lill-ESMA jew lill-EIOPA ta’ każijiet fejn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz u ddeżinjat bħala kritiku f’konformità mal-Artikolu 31(1), il-punt (a), jitqies li kiser ir-rekwiżiti li magħhom huwa obbligat jaderixxi skont il-liġi applikabbli tal-pajjiż terz ikkonċernat meta jipprovdi servizzi lil istituzzjonijiet finanzjarji f’dak il-pajjiż terz, kif ukoll ir-rimedji u l-penalitajiet applikati;

(d)

it-trażmissjoni regolari ta’ aġġornamenti dwar l-iżviluppi regolatorji jew superviżorji rigward il-monitoraġġ tar-riskju ta’ partijiet terzi tal-ICT tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-pajjiż terz ikkonċernat;

(e)

id-dettalji li jippermettu, jekk meħtieġ, il-parteċipazzjoni ta’ rappreżentant wieħed tal-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz fl-ispezzjonijiet imwettqa mis-Sorveljant Ewlieni u t-tim iddeżinjat.

Artikolu 36 3

3.   Meta s-Sorveljant Ewlieni ma jkunx jista’ jwettaq attivitajiet ta’ sorveljanza barra mill-Unjoni, imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, is-Sorveljant Ewlieni għandu:

(a)

jeżerċita s-setgħat tiegħu skont l-Artikolu 35 abbażi tal-fatti u d-dokumenti kollha disponibbli għalih;

(b)

jiddokumenta u jispjega kwalunkwe konsegwenza tal-inabbiltà tiegħu li jwettaq l-attivitajiet ta’ sorveljanza previsti kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

Il-konsegwenzi potenzjali msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu għandhom jitqiesu fir-rakkomandazzjonijiet tas-Sorveljant Ewlieni maħruġa skont l-Artikolu 35(1), il-punt (d).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit