+Artikolu 36 2

Artikolu 36 2

2.   Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri, għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-EBA, l-ESMA jew l-EIOPA għandha tikkonkludi arranġamenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva mal-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz sabiex tippermetti t-twettiq bla xkiel ta’ spezzjonijiet fil-pajjiż terz ikkonċernat mis-Sorveljant Ewlieni u t-tim iddeżinjat tiegħu għall-missjoni tiegħu f’dak il-pajjiż terz. Dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u lanqas ma għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ dawk il-pajjiżi terzi u l-awtoritajiet rilevanti tagħhom.

Dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

il-proċeduri għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza mwettqa skont dan ir-Regolament u kwalunkwe monitoraġġ analogu tar-riskju ta’ parti terza tal-ICT fis-settur finanzjarju eżerċitat mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat, inkluż id-dettalji għat-trażmissjoni tal-ftehim ta’ dan tal-aħħar li jippermetti t-twettiq, mis-Sorveljant Ewlieni u t-tim iddeżinjat tiegħu, ta’ investigazzjonijiet ġenerali u spezzjonijiet fuq il-post kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, fit-territorju taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu;

(b)

il-mekkaniżmu għat-trażmissjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti bejn l-EBA, l-ESMA jew l-EIOPA u l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat, b’mod partikolari b’rabta mal-informazzjoni li tista’ tintalab mis-Sorveljant Ewlieni skont l-Artikolu 37;

(c)

il-mekkaniżmi għan-notifika fil-pront mill-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat lill-EBA, lill-ESMA jew lill-EIOPA ta’ każijiet fejn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz u ddeżinjat bħala kritiku f’konformità mal-Artikolu 31(1), il-punt (a), jitqies li kiser ir-rekwiżiti li magħhom huwa obbligat jaderixxi skont il-liġi applikabbli tal-pajjiż terz ikkonċernat meta jipprovdi servizzi lil istituzzjonijiet finanzjarji f’dak il-pajjiż terz, kif ukoll ir-rimedji u l-penalitajiet applikati;

(d)

it-trażmissjoni regolari ta’ aġġornamenti dwar l-iżviluppi regolatorji jew superviżorji rigward il-monitoraġġ tar-riskju ta’ partijiet terzi tal-ICT tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-pajjiż terz ikkonċernat;

(e)

id-dettalji li jippermettu, jekk meħtieġ, il-parteċipazzjoni ta’ rappreżentant wieħed tal-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz fl-ispezzjonijiet imwettqa mis-Sorveljant Ewlieni u t-tim iddeżinjat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit