|
+Artikolu 99 4. |
Artikolu 99 4.In-nonkonformità ma' kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet li ġejjin b'rabta mal-operaturi jew il-korpi notifikati, għajr dawk stabbiliti fl-Artikolu 5, għandha tkun soġġetta għal multi amministrattivi sa EUR 15 000 000 jew, jekk l-awtur ikun impriża, sa 3 % tal-fatturat annwali globali totali tagħha għas-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla:
(a)
l-obbligi tal-fornituri skont l-Artikolu 16;
(b)
l-obbligi tar-rappreżentanti awtorizzati skont l-Artikolu 22;
(c)
l-obbligi tal-importaturi skont l-Artikolu 23;
(d)
l-obbligi tad-distributuri skont l-Artikolu 24;
(da)
l-obbligi tal-fornituri u tal-operaturi skont l-Artikolu 25(2) u (4);
(e)
l-obbligi tal-implimentaturi skont l-Artikolu 26;
(f)
ir-rekwiżiti u l-obbligi tal-korpi notifikati skont l-Artikolu 31, l-Artikolu 33(1), (3) u(4) jew l-Artikolu 34;
(g)
l-obbligi ta' trasparenza għall-fornituri u l-implimentaturi skont l-Artikolu 50. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|