|
+Artikolu 124 9. |
Artikolu 124 9.Abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 430a u abbażi ta' kwalunkwe indikatur rilevanti ieħor, l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu għandha tivvaluta perjodikament, u tal-inqas darba fis-sena, jekk il-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikoli 125 u 126 għall-iskoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli li tinsab fit-territorju tal-Istat Membru ta’ dik l-awtorità jkunux ibbażati kif xieraq fuq:
(a)
l-esperjenza ta' telf ta' skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà immobbli;
(b)
żviluppi prospettivi fis-swieq tal-proprjetà immobbli. Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu tikkonkludi li l-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 125 jew 126 ma jirriflettux b'mod adegwat ir-riskji reali relatati ma' skoperturi għal segment wieħed jew aktar tal-proprjetà ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew fuq proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab f'parti waħda jew aktar mit-territorju tal-Istat Membru ta’ dik l-awtorità, u jekk tqis li l-inadegwatezza tal-piżijiet tar-riskju jista' jkollha effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja attwali jew futura fl-Istat Membru tagħha, din tista' żżid il-piżijiet tar-riskju applikabbli għal dawk l-iskoperturi fi ħdan il-meded iddeterminati fir-raba' subparagrafu ta' dan il-paragrafu jew timponi kriterji aktar stretti minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. L-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu għandha tinnotifika lill-EBA u l-BERS bi kwalunkwe aġġustament għall-piżijiet tar-riskju u l-kriterji applikati skont dan il-paragrafu. Fi żmien xahar minn meta jirċievu dik in-notifika, l-EBA u l-BERS għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom lill-Istat Membru kkonċernat u jistgħu jindikaw f'dik l-opinjoni, fejn meħtieġ, jekk iqisux li l-aġġustamenti għall-piżijiet tar-riskju u l-kriterji humiex rakkomandati wkoll għal Stati Membri oħra. L-EBA u l-BERS għandhom jippubblikaw il-piżijiet tar-riskju u l-kriterji għall-iskoperturi msemmija fl-Artikoli 125 u 126 u fl-Artikolu 199(1), il-punt (a), kif implimentati mill-awtorità rilevanti. Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu tista' żżid il-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 125(2), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 126(1), l-ewwel subparagrafu, jew l-Artikolu 126(2), l-ewwel subparagrafu, jew inkella timponi kriterji aktar stretti minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għal skoperturi għal segment wieħed jew aktar ta' proprjetà ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà immobbli li tinsab f'parti waħda jew aktar tat-territorju tal-Istat Membru ta’ dik l-awtorità. Dik l-awtorità m'għandhiex iżżid dawk il-piżijiet tar-riskju għal aktar minn 150 %. Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità maħtura f'konformità mal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu tista' tnaqqas ukoll il-perċentwali tal-valur tal-proprjetà msemmija fl-Artikolu 125(1) jew l-Artikolu 126(1) jew il-perċentwali tal-iskopertura għall-valur li jiddefinixxu l-bucket tal-piż tar-riskju tal-iskopertura għall-valur stabbilit fl-Artikolu 125(2), it-Tabella 1, jew fl-Artikolu 126(2), it-Tabella 1. L-awtorità rilevanti għandha tiżgura l-konsistenza bejn il-buckets tal-piż tar-riskju tal-iskopertura għall-valur kollha, b'tali mod li l-piż tar-riskju ta' bucket tal-piż tar-riskju ta' skopertura għall-valur aktar baxx ikun dejjem aktar baxx jew daqs il-piż tar-riskju ta' bucket tal-piż tar-riskju tal-iskopertura għall-valur superjuri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|