|
+Artikolu 133 1. |
Artikolu 133 1.Dawn kollha li ġejjin għandhom jiġu kklassifikati bħala skoperturi ta' ekwità:
(a)
kwalunkwe skopertura li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
ma tkunx tista' tiġi rkuprata fis-sens li r-redditu tal-fondi investiti jista' jinkiseb biss bil-bejgħ tal-investiment jew bil-bejgħ tad-drittijiet għall-investiment jew bil-likwidazzjoni tal-emittent;
(ii)
ma tinkorporax obbligu min-naħa tal-emittent;
(iii)
twassal għal pretensjoni residwa fuq l-assi jew fuq l-introjtu tal-emittent;
(b)
strumenti li jkunu jikkwalifikaw bħala entrati ta' Grad 1 li kieku jinħarġu minn istituzzjoni;
(c)
strumenti li jinkorporaw obbligu min-naħa tal-emittent u jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-emittent ikun kapaċi jiddifferixxi s-saldu tal-obbligu b'mod indefinit;
(ii)
l-obbligu jirrikjedi, jew jippermetti skont id-diskrezzjoni tal-emittent, saldu permezz tal-ħruġ ta' numru fiss ta' azzjonijiet ta' ekwità tal-emittent;
(iii)
l-obbligu jirrikjedi, jew jippermetti skont id-diskrezzjoni tal-emittent, saldu permezz tal-ħruġ ta' numru varjabbli ta' azzjonijiet ta' ekwità tal-emittent u, ceteris paribus, kwalunkwe bidla fil-valur tal-obbligu tkun attribwibbli għal, komparabbli ma', u fl-istess direzzjoni bħall-bidla fil-valur ta' numru fiss ta' azzjonijiet ta' ekwità tal-emittent;
(iv)
id-detentur tal-istrument ikollu l-għażla li jirrikjedi li l-obbligu jiġi ssaldat f'azzjonijiet ta' ekwità, sakemm ma tiġix issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(1)
fil-każ ta' strument innegozjat, l-istituzzjoni tkun uriet, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li l-istrument huwa nnegozjat fis-suq aktar bħad-dejn tal-emittent milli bħall-ekwità tiegħu;
(2)
fil-każ ta' strumenti mhux innegozjati, l-istituzzjoni tkun uriet, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li l-istrument għandu jiġi ttrattat bħala pożizzjoni ta' dejn;
(d)
obbligi ta' dejn u titoli oħrajn, sħubijiet, derivattivi jew strumenti oħrajn strutturati b'tali mod li s-sustanza ekonomika tkun simili għall-iskoperturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c), inkluż obbligazzjonijiet li minnhom ir-redditu jkun marbut ma' dak tal-ekwitajiet;
(e)
skoperturi ta' ekwità li jkunu rreġistrati bħala self iżda li jirriżultaw minn konverżjoni ta' dejn f'ekwità magħmula bħala parti mir-realizzazzjoni jew mir-ristrutturar ordnat tad-dejn. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(iii), l-obbligazzjonijiet jinkludu dawk li jeħtieġu jew jippermettu s-saldu permezz tal-ħruġ ta' numru varjabbli tal-azzjonijiet ta' ekwità tal-emittent, li għalihom il-bidla fil-valur monetarju tal-obbligu tkun ugwali għall-bidla fil-valur ġust ta' numru fiss ta' azzjonijiet ta' ekwità multiplikat b'fattur speċifikat, meta kemm il-fattur kif ukoll in-numru ta' ishma referenzjati jkunu fissi. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(iv), meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-punt, l-istituzzjoni tista' tiddekomponi r-riskji għal finijiet regolatorji, soġġett għall-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|