|
+Artikolu 248 1. |
Artikolu 248 1.Il-valur ta’ skopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
(a)
il-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fil-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur tal-kontabbiltà tagħha wara li jkun ġie applikat kwalunkwe aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu rilevanti fuq il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont l-Artikolu 110;
(b)
il-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ huwa l-valur nominali tagħha nieqes kwalunkwe aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu rilevanti fuq il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont l-Artikolu 110, immultiplikat bil-fattur ta’ konverżjoni rilevanti kif stabbilit f’dan il-punt. Il-fattur ta’ konverżjoni għandu jkun ta’ 100 %, ħlief fil-każ ta’ faċilitajiet ta’ avvanz ta’ flus. Sabiex jiġi determinat il-valur tal-iskopertura tal-porzjon mhux miġbud tal-faċilitajiet ta’ avvanz ta’ flus, jista’ jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 % għall-ammont nominali ta’ faċilità ta’ likwidità li jkun kanċellabbli inkondizzjonalment dment li r-ripagamenti tal-ġbid mill-faċilità jkunu superjuri għal kull pretensjoni oħra fuq il-flussi tal-flus li jirriżultaw mill-iskoperturi sottostanti, u l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li hija qed tapplika metodu konservattiv xieraq biex jitkejjel l-ammont tal-porzjon mhux miġbud;
(c)
il-valur tal-iskopertura għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti fir-rigward ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tirriżulta minn strument derivattiv elenkat fl-Anness II għandu jiġi ddeterminat skont il-Kapitolu 6;
(d)
istituzzjoni oriġinatriċi tista’ tnaqqas mill-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tkun assenjata piż tar-riskju ta’ 1 250 % skont is-Subtaqsima 3 jew imnaqqsa mill-Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1), l-ammont tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju tal-kreditu fuq l-iskoperturi sottostanti skont l-Artikolu 110, u kull skont mhux rimborżabbli fil-prezz tax-xiri marbut ma’ dawn l-iskoperturi sottostanti sa fejn tali skonti kkawżaw it-tnaqqis tal-fondi proprji;
(e)
Il-valur tal-iskopertura ta’ marġni pożittiv sintetiku għandu jinkludi, kif applikabbli, l-elementi li ġejjin:
(i)
kwalunkwe introjtu mill-iskoperturi titolizzati diġà rikonoxxuti mill-istituzzjoni oriġinatriċi fid-dikjarazzjoni tad-dħul tagħha fl-ambitu tal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li l-istituzzjoni oriġinatriċi kuntrattwalment allokat għat-tranżazzjoni bħala marġni pożittiv sintetiku u li jkun għadu disponibbli biex jassorbi t-telf;
(ii)
kwalunkwe marġni pożittiv sintetiku li jkun kuntrattwalment allokat mill-istituzzjoni oriġinatriċi fi kwalunkwe perjodu preċedenti u li jkun għadu disponibbli biex jassorbi t-telf;
(iii)
kwalunkwe marġni pożittiv sintetiku li jkun kuntrattwalment allokat mill-istituzzjoni oriġinatriċi għall-perjodu attwali u li jkun għadu disponibbli biex jassorbi t-telf;
(iv)
kwalunkwe marġni pożittiv sintetiku kuntrattwalment allokat mill-istituzzjoni oriġinatriċi għal perjodi futuri. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, kwalunkwe ammont ipprovdut bħala kollateral jew titjib tal-kreditu fir-rigward tat-titolizzazzjoni sintetika u li jkun diġà soġġett għal rekwiżit ta’ fondi proprji skont dan il-Kapitolu ma għandux jiġi inkluż fil-valur tal-iskopertura. L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika x’jikkostitwixxi metodu konservattiv xieraq għall-kejl tal-ammont tal-porzjon mhux miġbud imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019. Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|