+20. Il-fattur ikkontemplat f’punt (a) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
|
20. Il-fattur ikkontemplat f’punt (a) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
Il-fattur ikkontemplat f’punt (a) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (il-prezz tax-xiri mill-ġdid) għandu jiġi applikat ukoll għal tranżazzjonijiet li mhumiex ta’ xiri mill-ġdid u, f’tali każijiet, għandhom jiġu kkunsidrati l-ammonti pagabbli jew, skont il-każ, riċevibbli mill-istituzzjoni oriġinatriċi jew mill-istituzzjoni sponsor. Għat-tranżazzjonijiet kollha, għandhom jiġu kkunsidrati miżuri tal-valur tas-suq, inkluż prezzijiet ikkwotati fi swieq attivi għal tranżazzjonijiet simili li l-istituzzjoni tista’ taċċessa fid-data tal-kalkolu. Jekk tali miżuri mhumiex identifikabbli, allura għandhom jiġu kkunsidrati inputs minbarra prezzijiet ikkwotati, osservabbli direttament jew indirettament għall-assi; u, jekk tali inputs mhumiex identifikabbli, allura għandhom jiġu kkunsidrati inputs mhux osservabbli għall-assi. Fil-każ ta’ inputs mhux osservabbli, l-istituzzjoni oriġinatriċi jew l-istituzzjoni sponsor għandha tipprovdi evidenza lill-awtoritajiet kompetenti tagħha dwar kif l-ammonti riċevibbli jew pagabbli ġew stmati u liema inputs intużaw. L-istituzzjoni oriġinatriċi jew l-istituzzjoni sponsor għandha turi wkoll li din il-valutazzjoni hija f’konformità mal-proċess tar-reviżjoni tal-kreditu u l-proċess ta’ approvazzjoni tagħha. Tranżazzjoni għandha titqies li ma twettqitx f’kundizzjonijiet ta’ distakkament jekk l-ammonti riċevibbli mill-istituzzjoni oriġinatriċi jew, skont il-każ, l-istituzzjoni sponsor huma materjalment inqas minn, jew l-ammonti pagabbli mill-istituzzjoni oriġinatriċi jew mill-istituzzjoni sponsor huma materjalment ogħla mill-valur tas-suq rilevanti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|