|
+Artikolu 325i 1. |
Artikolu 325i 1.L-istituzzjonijiet għandhom jużaw approċċ look-through għall-istrumenti indiċi u strumenti multisottostanti oħra skont dan li ġej:
(a)
għall-finijiet ta’ kkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji; għar-riskju delta u ta’ kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu li huma detenturi ta’ pożizzjonijiet individwali fil-kostitwenti sottostanti tal-indiċi jew strumenti multisottostanti oħra, ħlief għal pożizzjoni f’indiċi inkluż fl-ACTP li għalih għandhom jikkalkulaw sensittività unika għall-indiċi;
(b)
l-istituzzjonijiet huma permessi li jinnettjaw is-sensittivitajiet għal fattur tar-riskju ta’ kostitwent partikolari ta’ strument indiċi jew strument ieħor multisottostanti bis-sensittivitajiet għall-istess fattur ta’ riskju tal-istess kostitwent ta’ strumenti b’isem uniku, ħlief għall-pożizzjonijiet inklużi fl-ACTP;
(c)
għall-finijiet ta’ kkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju vega, l-istituzzjonijiet jistgħu jew jikkunsidraw li huma detenturi tal-pożizzjonijiet individwali fil-kostitwenti sottostanti tal-indiċi jew strumenti sottostanti oħra, jew jikkalkulaw sensittività unika għas-sottostanti ta’ dak l-istrument. F’dan il-każ tal-aħħar, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività unika lill-bucket rilevanti kif stabbilit fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 6 kif ġej:
(i)
meta, jiġu kkunsidrati l-piżijiet ta’ dak l-indiċi, aktar minn 75 % tal-kostitwenti f’dak l-indiċi jkunu mmappjati fl-istess bucket, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività għal dak il-bucket u jittrattawha bħala sensittività b’isem uniku f’dak il-bucket;
(ii)
fil-każijiet l-oħra kollha, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività lill-indiċi tal-bucket rilevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|