|
+Artikolu 325i 3. |
Artikolu 325i 3.L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-approċċ stabbilit fil-paragrafu 2 għall-istrumenti li jirreferu għal indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-kostitwenti tal-indiċi kwotat u l-piżijiet rispettivi f’dak l-indiċi huma magħrufa;
(b)
l-indiċi kwotat ikun fih minn tal-anqas 20 kostitwent;
(c)
l-ebda kostitwent uniku li jkun jinsab fl-indiċi kwotat ma jkun jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-kapitalizzazzjoni totali tas-suq ta’ dak l-indiċi;
(d)
l-ebda sett li jkun jikkonsisti minn wieħed minn għaxra tal-għadd totali tal-kostitwenti tal-indiċi kwotat, aġġustat ’il fuq san-numru sħiħ li jkun imiss, ma jkun jirrappreżenta aktar minn 60 % tal-kapitalizzazzjoni totali tas-suq ta’ dak l-indiċi;
(e)
il-kapitalizzazzjoni totali tas-suq tal-kostitwenti kollha f’daqqa tal-indiċi kwotat ma tkunx anqas minn EUR 40 biljun. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|