|
+Artikolu 383a 3. |
Artikolu 383a 3.Istituzzjoni li tuża mudell regolatorju ta' CVA għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kwalitattivi kollha li ġejjin:
(a)
il-mudell tal-eskopertura msemmi fil-paragrafu 1 huwa parti mis-sistema interna ta' ġestjoni tar-riskju ta' CVA tal-istituzzjoni li tinkludi l-identifikazzjoni, il-kalkolu, il-ġestjoni, l-approvazzjoni u r-rapportar intern ta' CVA u tar-riskju ta' CVA għal finijiet kontabilistiċi;
(b)
l-istituzzjoni għandha fis-seħħ proċess sabiex tiżgura l-konformità ma' sett dokumentat ta' politiki interni, ta' kontrolli, ta' valutazzjoni tal-prestazzjoni u ta' proċeduri tal-mudell li jikkonċernaw il-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 1;
(c)
l-istituzzjoni għandu jkollha unità ta' validazzjoni indipendenti li tkun responsabbli għall-validazzjoni inizjali u kontinwa effettiva tal-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; dik l-unità għandha tkun indipendenti mill-kreditu tan-negozju u mill-unitajiet tan-negozjar, inkluż l-unità msemmija fl-Artikolu 383(1), il-punt (a), u tirrapporta direttament lill-maniġment superjuri; għandu jkollha għadd suffiċjenti ta' persunal b'livell ta' ħiliet li jkun xieraq sabiex tilħaq dak l-għan;
(d)
il-maniġment superjuri għandu jkun involut b'mod attiv fil-proċess ta' kontroll tar-riskju u għandu jqis il-kontroll tar-riskju ta' CVA bħala aspett essenzjali tan-negozju, li għalih jeħtieġ li jiġu ddedikati r-riżorsi xierqa;
(e)
l-istituzzjoni għandha tiddokumenta l-proċess għall-validazzjoni inizjali u kontinwa tal-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 1 għal livell ta' dettall li jippermetti lil parti terza tifhem kif joperaw il-mudelli, il-limitazzjonijiet tagħhom u s-suppożizzjonijiet ewlenin tagħhom, u terġa' toħloq l-analiżi; dik id-dokumentazzjoni għandha tistabbilixxi l-frekwenza minima li biha ser titwettaq il-validazzjoni kontinwa, kif ukoll ċirkostanzi oħrajn, bħal bidla f'daqqa fl-imġiba tas-suq, li fihom għandha titwettaq validazzjoni addizzjonali; għandha tiddeskrivi kif titwettaq il-validazzjoni fir-rigward tal-flussi u tal-portafolli tad-data, liema analiżijiet jintużaw u kif jinbnew il-portafolli tal-kontroparti rappreżentattivi;
(f)
il-mudelli tal-ipprezzar użati fil-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 1 għal xenarju partikolari ta' fatturi tar-riskju tas-suq issimulati għandhom jiġu ttestjati skont parametri referenzjarji indipendenti xierqa għal firxa wiesgħa ta' stati tas-suq bħala parti mill-proċess inizjali u kontinwu ta' validazzjoni tal-mudell; mudelli tal-ipprezzar għall-opzjonijiet għandhom jikkunsidraw in-nuqqas ta' linearità tal-valur tal-opzjonijiet rigward il-fatturi tar-riskju tas-suq;
(g)
rieżami indipendenti tas-sistema interna ta' ġestjoni tar-riskju ta' CVA tal-istituzzjoni msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu għandu jitwettaq mill-proċess ta' awditjar intern tal-istituzzjoni fuq bażi regolari; dak ir-rieżami għandu jinkludi l-attivitajiet kemm tal-unità msemmija fl-Artikolu 383(1), il-punt (a), kif ukoll tal-unità ta' validazzjoni indipendenti msemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu;
(h)
il-mudell regolatorju ta' CVA użat mill-istituzzjoni għall-kalkolu tal-iskopertura futura skontata simulata imsemmija fil-paragrafu 1, għandu jirrifletti t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet u l-ftehimiet dwar il-marġni b'mod puntwali, komplut, u konservattiv; it-termini u l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jirrisjedu f'bażi ta' data sigura soġġetta għal awditu formali u perjodiku; it-trażmissjoni tad-data u tal-ftehimiet tal-marġni tat-termini u tal-ispeċifikazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet għall-mudell tal-iskopertura għandha tkun soġġetta wkoll għal awditu intern, u għandhom ikunu fis-seħħ proċessi formali ta' rikonċiljazzjoni bejn il-mudell intern u s-sistemi tad-data tas-sors sabiex jiġi vverifikat fuq bażi kontinwa li t-termini, l-ispeċifikazzjonijiet u l-ftehimiet tal-marġni tat-tranżazzjonijiet ikunu qed jiġu riflessi fis-sistema ta' skopertura b'mod korrett jew, tal-anqas, b'mod konservattiv;
(i)
l-inputs kurrenti u storiċi tad-data tas-suq użati fil-mudell mill-istituzzjoni għall-kalkolu tal-iskopertura futura skontata simulata msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkisbu indipendentement mil-linji operatorji u jiddaħħlu f'dak il-mudell fil-ħin u b'mod sħiħ u miżmuma f'bażi tad-data sigura soġġetta għal awditu formali u perjodiku; istituzzjoni għandu jkollha proċess żviluppat sew ta' integrità tad-data sabiex tittratta osservazzjonijiet mhux xierqa tad-data; meta l-mudell jiddependi fuq data tas-suq ta' approssimazzjoni, istituzzjoni għandha tfassal politiki interni sabiex tidentifika approssimazzjonijiet xierqa u għandha turi b'mod empiriku fuq bażi kontinwa li l-approssimazzjonijiet jipprovdu rappreżentazzjoni konservattiva tar-riskju sottostanti;
(j)
il-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafi 1 għandu jkopri l-informazzjoni speċifika għat-tranżazzjonijiet u kuntrattwali neċessarja sabiex jiġu aggregati skoperturi fil-livell tas-sett ta' netting; istituzzjoni għandha tivverifika li t-tranżazzjonijiet jiġu assenjati għas-sett ta' netting adatt fil-mudell. Għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA, il-mudell tal-iskopertura msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista' jkollu speċifikazzjonijiet u suppożizzjonijiet differenti sabiex jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 383a, ħlief li l-inputs tad-data tas-suq u r-rikonoxximent tan-netting tagħha għandhom jibqgħu l-istess bħal dawk użati għall-finijiet kontabilistiċi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|