|
+Artikolu 509 2. |
Artikolu 509 2.Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-ABE għandha tivvaluta dan li ġej b'mod partikolari:
(a)
il-forniment ta' mekkaniżmi li jillimitaw il-valur tal-flussi ’l ġewwa tal-likwidità, b'mod partikolari bl-għan li jiġi determinat limitu massimu adatt tal-flussi ’l ġewwa u l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu, b'kont meħud tal-mudelli kumemrċjali differenti inkluż finanzjament pass through, factoring, leasing, bonds koperti, ipoteki, ħruġ ta' bonds koperti, u l-miżura safejn dak il-limitu massimu għandu jiġi emendat jew jitneħħa sabiex jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet tal-finanzjament speċjalizzat;
(b)
il-kalibrazzjoni tal-flussi 'l ġewwa u 'l barra msemmija fil-Parti Sitta, Titolu II, b'mod partikolari taħt l-Artikolu 422(7) u l-Artikolu 425(2);
(c)
il-forniment ta' mekkaniżmi li jillimitaw il-kopertura tar-rekwiżiti ta' likwidità b'ċerti kategoriji ta' assi likwidi, b'mod partikolari l-valutazzjoni tal-preċentwal minimu adatt għall-assi likwidi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 416(1) meta mqabbla mat-total tal-assi likwidi, l-ittestajar ta' limitu ta' 60 % u l-konsiderazzjoni tal-iżviluppi regolatorji internazzjonali. Assi dovuti jew eżerċitabbli fi żmien 30 ġurnata tal-kalendarju ma għandhomx jingħaddu għas-60 % sakemm l-assi ma jkunux inkisbu taħt kollateral li jikkwalifika wkoll taħt il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 416(1);
(d)
l-forniment ta’ rati speċifiċi ta’ flussi ' barra aktar baxxi u/jew flussi 'l ġewwa ogħla għall-flussi intragrupp li jispeċifika taħt liema kondizzjonijiet tali rati speċifiċi ta’ flussi ’l ġewwa jew ’il barra jkunu ġustifikati mill-perspettiva prudenzjali u li jistabbilixxi deskrizzjoni ta' metodoloġija ta' livell għoli li tuża kriterji u parametri oġġettivi sabiex jiġu determinati livelli speċifiċi ta' flussi ’l ġewwa jew ’il barra bejn l-istituzzjoni u l-kontroparti meta ma jkunux stabbiliti fl-istess Stat Membru.
(e)
il-kalibrazzjoni tar-rati għall-ġbid ta' self applikabbli għall-faċilitajiet impenjati ta' kreditu u likwidità mhux miġbudin li jaqgħu taħt l-Artikolu 424(3) u (5). B'mod partikolari, l-ABE għandha tittestja rata għall-ġbid ta' self ta' 100 %;
(f)
id-definizzjoni ta' depożitu fil-livell tal-konsumatur fil-punt (2) tal-Artikolu 411, b'mod partikolari l-adegwatezza li jiġi introdott limitu rigward depożiti ta' persuni fiżiċi;
(g)
il-ħtieġa li tiġi introdotta kategorija ġdida ta' depożitu fil-livell tal-konsumatur bi flussi 'l barra aktar baxxi fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi ta' tali depożiti li jistgħu jiġġustifikaw rata ta' flussi 'l barra aktar baxxa u b'kont meħud ta’ żviluppi internazzjonali;
(h)
derogi mir-rekwiżiti dwar il-kompożizzjoni tal-assi likwidi li l-istituzzjonijiet ser ikunu meħtieġa jżommu, fejn f'munita partikolari l-ħtiġijiet kollettivi ġustifikati tal-istituzzjonijiet għal assi likwidi jkunu qed jaqbżu d-disponibbiltà ta' dawk l-assi likwidi u kondizzjonijiet li tali derogi għandhom ikunu soġġetti għalihom;
(i)
id-definizzjoni ta' prodotti finanzjarji konformi max-Shari’ah bħala alternattiva għal assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi għall-finijiet tal-Artikolu 416, għall-użu fil-banek li huma konformi max-Shari’ah;
(j)
id-definizzjoni ta' ċirkostanzi ta' stress, inkluż prinċipji għall-użu tal-istokk tal-assi likwidi u r-reazzjonijiet ta' superviżjoni neċessarji li skonthom ikunu l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jużaw l-assi likwidi tagħhom biex jissodisfaw il-flussi ’l barra tal-likwidità u kif għandha tiġi indirzzata n-nuqqas ta' konformità;
(k)
id-definizzjoni ta' relazzjoni operattiva stabbilita għall-klijenti mhux finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 422(3)(c).
(l)
il-kalibrazzjoni tar-rata ta' flussi 'l barra applikabbli għal servizzi bankarji u ta’ prime brokering korrispondenti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 422(4);
(m)
mekkaniżmi għall-anterjorità ta' bonds garantiti mill-gvern maħruġin lil istituzzjonijiet tal-kreditu bħala parti mill-miżuri ta' sostenn tal-Gvern bl-approvazzjoni tal-Unjoni dwar għajnuna mill-istat, bħall-bonds maħruġin mill-Aġenzija Nazzjonali ta' Ġestjoni tal-Assi (NAMA) fl-Irlanda u mill-Kumpannija Spanjola ta' Ġestjoni tal-Assi fi Spanja, imfasslin biex jeliminaw l-assi problematiċi mill-karti tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, bħala assi ta' likwidità u kwalità kreditizzja estremament għolja tal-inqas sa Diċembru 2023. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|