|
+Artikolu 509 3. |
Artikolu 509 3.Sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-ABE, wara li tikkonsulta mal-ESMA u mal-BĊE, għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar definizzjonijiet uniformi xierqa ta’ likwidità u kwalità kreditizzja għolja u estremament għolja ta' assi trasferibbli għall-finijiet tal-Artikolu 416 u t-telf impost adatt għal assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi għall-finijiet tal-Artikolu 416, bl-eċċezzjoni tal-assi msemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 416(1). Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandha tingħatalhom l-opportunità li jiddikjaraw l-opinjonijiet tagħhom dwar dak ir-rapport. Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jikkunsidra wkoll:
(a)
kategoriji oħra ta' assi, b'mod partikolari titoli ggarantiti minn self fuq djar residenzjali (RMBS) ta' likwidità u kwalità kreditizzja għolja;
(b)
kategoriji oħra ta' titoli jew self eliġibbli tal-banek ċentrali, pereżempju bonds tal-gvern lokali u karta kummerċjali; u
(c)
assi oħra li mhumiex eliġibbli għall-bank ċentrali iżda kummerċjabbli, pereżempju ekwitajiet ikkwotati f'borża rikonoxxuta, deheb, strumenti ta' ekwità marbutin mal-indiċijiet prinċipali, bonds iggarantiti, bonds koperti, bonds ta' kumpanniji u fondi bbażati fuq dawk l-assi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|