|
+Artikolu 18 |
Artikolu 18Artikolu 18 1. Sabiex kull ġarr ta' Dissostichus spp. ikun esportat mill-Istat Membru ta' l-iżbark, l-esportatur għandu jniżżel fuq kull dokument ta' qbid: (a) l-ammont ta' kull speċi ta' Dissostichus spp. li jkunu jinsabu fil-ġarr iddikjarat fid-dokument; (b) l-isem u l-indirizz ta' l-importatur tal-ġarr u l-post ta' l-importazzjoni; (ċ) l-isem u l-indirizz tiegħu. Wara li jiffirma kull dokument ta' qbid, hu għandu jikseb validazzjoni iffirmata u ttimbrata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-esportazzjoni. 2. L-informazzjoni imsemmija f'dan il-paragrafu tista' tiġi emendata sabiex tapplika l-miżura ta' konservazzjoni tal-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR) li saru obbligatorji għall-Komunità, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|