+Preamble: 1
|
Preamble: 1
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (
1
),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta f'Artikolu 251 tat-Trattat (
2
), Billi:
|
(1)
|
Id-Direttivi tal-Kunsill 73/404(KEE) tat-22 ta' Novembru 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar id-detergenti (
3
), 73/405/(KEE) tat-22 ta' Novemberu 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar metodi ta' testjar ta' bijodegradibilità ta' surfactants anjoniċi (
4
), 82/242/KEE tal-31 ta' Marzu 1982 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar metodi ta' testjar dwar bijodegradibilità ta' surfactants mhux anjoniċi (
5
) 82/243/KEE tal-31 ta' Marżu 1982 li temenda d-direttiva 73/405/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar metodi ta' testjar ta' bijodegradibilità ta' surfactants anjoniċi (
6
) u 86/94/KEE ta' l-10 ta' Marzu 1986 li temenda għat-tieni darba d-Direttiva 73/404/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri (
7
), ġew emendati sostanzjalment diversi drabi. Hu mixtieq illi, għal raġunijiet ta' ċarezza u razzjonalizzazzjoni, d-dispożizzjonijiet in-kwistjoni għandhom jinkitbu mill-ġdid billi jinġabru flimkien f'test wieħed. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 89/542/KEE tat-13 ta' Settembru 1989 (
8
), dwar dispożizzjonijiet għal tikkettjar ta' diterġenti u prodotti ta' tindif, għandha tiġi wkoll inkluża fit-test waħdieni.
|
|
(2)
|
Billi l-għan ta' dan ir-Regolament, li jiżgura s-suq intern għal diterġenti, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri, jekk ma jkunx hemm kriterji tekniċi komuni fil-Komunità kollha, u għalhekk jista' jinkiseb aħjar f'livell ta' Komunità, l-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif preskritt f'Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif preskritt f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx ‘il hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan. Regolament hu l-istrument xieraq u legali għaliex jimponi direttament fuq fabbrikanti rekwiżiti preċiżi li għandhom jiġu implimentati fl-istess ħin u bl-istess mod fil-Komunità kollha; fil-qasam ta' leġislazzjoni teknika, tkun meħtieġa l-applikazzjoni uniformi fl-Istati Membri, u din tkun tista' tiġi garantita biss permezz ta' Regolament.
|
|
(3)
|
Hi meħtieġa definizzjoni ġdida għal diterġenti li tkopri użi simili u li tkun taqbel ma' żviluppi fuq livell ta' Stati Membri.
|
|
(4)
|
Hemm il-ħtieġa li tinħoloq definizzjoni għal surfactant, li hi nieqsa fil-leġislazzjoni eżistenti.
|
|
(5)
|
Hu importanti li tingħata deskrizzjoni ċara u preċiża tat-tipi ta' bijodegradibilità rilevanti.
|
|
(6)
|
Miżuri dwar diterġenti għandhom jiġu adottati biex jiżguraw il-funzjonament tas-suq intern u biex tiġi evitata restrizzjoni ta' kompetizzjoni fil-Komunità.
|
|
(7)
|
Kif ikkonfermat bil-White Paper tal-Kummissjoni dwar strateġija ta' Politika Kimika għall-ġejjieni, miżuri xierqa dwar diterġenti għandhom jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni ambjentali, speċjalment ta' l-ambjent akwatiku.
|
|
(8)
|
Id-diterġenti diġà huma suġġetti għal ċerti dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-manifattura, maniġġjar xieraq, użu u tikkettjar tagħhom, b'mod partikolari b'referenza għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 89/542/KEE u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/480/KEE tat-22 ta' Lulju 1998 dwar prattika ambjentali tajba fir-rigward ta' diterġenti għall-użu ta' ħasil domestiku (
9
); Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, pakkjar u tikkettjar ta' preparazzjonijiet perikolużi (
10
) tapplika għal diterġenti.
|
|
(9)
|
Ditallow-dimethyl-ammonium-chloride (DTDMAC) u nonylphenol (inklużi ethoxylates derivatives-APEs) huma sustanzi ta' priorità li huma s-suġġett ta' attivitajiet f'livell Komunitarju dwar stima ta' riskji, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u kontroll tar-riskji minn sustanzi eżistenti (
11
), u jekk necessarju, strateġiji adegwati biex jiġu limitati r-riskji mill-esponiment għal dawn is-sustanzi għandhom għalhekk ikunu rakkomandati u implimentati fil-qafas ta' dispożizzjonijiet Komunitarji oħra.
|
|
(10)
|
Il-leġislazzjoni eżistenti dwar biodegradibilità ta' surfactants f'diterġenti tkopri biss bijodigradibilità primarja (
12
) u tapplika biss għal surfactants anjoniċi (
13
) u mhux joniċi (
14
); għalhekk għandha tiġi sostitwita b'leġislazzjoni ġdida, li tagħmel l-akbar enfasi fuq bijodegradibilità fl-aħħar fażijiet tagħha u tħares il-ħtiġijiet importanti relatati mat-tossiċità potenzali ta' metaboliti persistenti.
|
|
(11)
|
Dan ikun jeħtieġ l-introduzzjoni ta' sett ġdid ta' testi bażati fuq standards ta' EN ISO u linji ta' gwida ta' l-OECD, li jirregolaw l-għoti ta' permess dirett għat-tqegħid ta' diterġenti fis-suq.
|
|
(12)
|
Biex jinħoloq livell għoli ta' protezzjoni ta' l-ambjent, diterġenti li ma jħarsux il-ħtiġijiet preskritti b'dan ir-Regolament m'għandhomx jitqiegħdu fis-suq.
|
|
(13)
|
Fil-25 ta' Novembru 1999 il-Kumitat Xjentifiku dwar Tossiċità, Ekotossiċità u l-Ambjent ħareġ opinjoni dwar il-bijodigradibilità ta' surfactants f'diterġenti u r-rilevanza ta' metodi ta' testijiet għal kontroll regolatorju f'dan il-qasam.
|
|
(14)
|
Il-ħtiġijiet eżistenti dwar il-biodigradibilità primarja għandhom jinżammu fuq livell ġerarkiku sekondarju u supplimentati bi stima ta' riskji komplementari, għal dawk is-surfactants li ma jgħaddux minn testijiet dwar bijodigradibilità fl-aħħar fażijiet tagħha; barra hekk, surfactants li ma jgħaddux mit-testijiet primarji ta' biodigradibilità m'għandhomx jiksbu awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq permezz ta' xi deroga
|
|
(15)
|
Il-ħtiġijiet primarji ta' biodegradibilità għandhom jiġu estiżi għas-surfactants kollha, speċjalment dawk katjoniċi u amfoteriċi, waqt li titħalla l-possibiltà li jiġu applikati analiżi strumentali f'dawk il-każi li l-metodi analitiċi semi-speċifiċi ma jkunux adattati għalihom.
|
|
(16)
|
Id-determinazzjoni ta' metodi ta' testijiet għall-biodegradibilità u ż-żamma ta' listi ta' derogi huma affarijiet tekniċi u għandhom jiġu riveduti waqt li jitqiesu żviluppi tekniċi u xjentifiċi kif ukoll żviluppi regolatorji.
|
|
(17)
|
Metodi ta' testijiet għandhom jipproduċu informazzjoni li tagħti biżżejjed assigurazzjoni ta' biodegradibbilita_ aerobika ta' surfactants f'diterġenti.
|
|
(18)
|
Metodi għall-ittestjar ta' biodegradibilità f'diterġenti jistgħu jipproduċu riżultati li jvarjaw. F'dawn il-każi għandhom ikunu komplementati bi stimi addizzjonali biex ikunu determinati r-riskji mill-użu kontinwu.
|
|
(19)
|
Għandhom ukoll isiru dispożizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq f'każi eċċezzjonali ta' surfactants f'diterġenti li ma jgħaddux minn testijiet finali dwar biodegradibilità u dan għandu jseħħ fuq il-bażi ta' l-informazzjoni kollha rilevanti biex ikun żgurat il-ħarsien ta' l-ambjent u fuq il-bażi ta' każ każ.
|
|
(20)
|
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri dwar l-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (
15
).
|
|
(21)
|
Ikun xieraq li wieħed iżomm quddiem għajnejh li hemm leġislazzjoni orizzontali oħra applikabbli għal surfactants ta' diterġenti, b'mod partikolari id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar restrizzjonijiet fil-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (
16
) li bihom il-marketing u l-użu ta' sustanzi perikolużi koperti b'dan ir-Regolament jistgħu jiġu projbiti jew ristretti, id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, pakkettjar u tikkettjar ta' sustanzi perikolużi (
17
), id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/67/KEE ta' l-20 ta' Lulju 1993 li tistabbilixxi l-prinċipji dwar l-istima tar-riskji għall-bniedem u għall-ambjent minn sustanzi notifikati skond id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (
18
), ir-Regolament (KEE) Nru 793/93, u r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1488/94 tat-28 ta' Ġunju 1994 li jistabbilixxi l-prinċipji dwar l-istima tar-riskji għall-bniedem u għall-ambjent minn sustanzi eżistenti (
19
); id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (
20
); id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prattika tajba ta' laboratorju u l-verifikazzjoni ta' l-applikazzjoni tagħhom għal testijiet fuq sustanzi kimiċi (verżjoni kodifikata) (
21
); id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-ispezzjoni u l-verifikazzjoni ta' prattika tajba ta' laboratorju (PTL)(verżjoni kodifikata) (
22
); u d-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amminsitrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-ħarsien ta' annimali użati għal għanijiet sperimentali u oħrajn xjentifiċi (
23
).
|
|
(22)
|
Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-fabbrikanti li ma jqiegħdux fis-suq diterġenti li ma jħarsux dan ir-Regolament u li jkun hemm għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali l-inkartamenti tekniċi dwar is-sustanzi u
►M2
t-taħlitiet ◄ kollha koperti b'dan ir-Regolament; dan għandu jgħodd ukoll għal surfactants li ma jkunux għaddew mit-testijiet imsemmija fl-Anness III.
|
|
(23)
|
Il-fabbrikanti għandhom jitħallew li jitolbu għal deroga mill-Kummissjoni, li għandu jkollha l-possibbiltà li tagħti din id-deroga skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 12(2).
|
|
(24)
|
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw miżuri ta' kontroll għal diterġenti fis-suq, iżda għandhom jevitaw li jkunu ripetuti testijiet li jkunu saru mill-laboratorji kompetenti.
|
|
(25)
|
Id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar tikkettjar għal diterġenti għandhom jibqgħu jiġu osservati, inklużi dawk fir-Rakkomandazzjoni 89/542/KEE, li huma inklużi f'dan ir-Regolament biex jintlaħaq l-għan tal-modernizzar tar-regoli dwar diterġenti. Tikkettjar speċifiku għandu jiġi introdott biex il-konsumaturi jkunu nfurmati dwar sustanzi ta' fwieħa u aġenti ta' priservazzjoni li jkunu preżenti f'diterġenti. Il-persunal mediku għandhom ikunu jistgħu jiksbu mingħand il-fabbrikant, fuq talba, lista sħiħa ta' l-ingredjenti kollha ta' diterġent biex tgħinhom jinvestigaw jekk ikunx hemm xi konnessjoni kawżali bejn l-iżvilupp ta' rispons allerġiku għal xi sustanza kimika partikolari, u l-Istati Membri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jitolbu biex listi bħal dawn ikunu wkoll disponibbli għal xi korp pubbliku speċifiku nominat biex jgħaddi din l-informazzjoni lill-persunal mediku.
|
|
(26)
|
Il-punti kollha ta' hawn fuq jitolbu leġislazzjoni ġdida biex tissostitwixxi dik eżistenti; madankollu, għal xi perjodu, Stati Membri jistgħu ikomplu japplikaw il-liġijiet eżistenti tagħhom.
|
▼M3 —————
▼B
|
(28)
|
Diterġenti konformi ma' dan ir-Regolament għandhom jitħallew li jitqiegħdu fis-suq bla ħsara għal dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-Komunità.
|
|
(29)
|
Biex ikun żgurat il-ħarsien tal-bniedem u ta' l-ambjent minn xi riskji mhux previsti minn diterġenti, hemm bżonn klawsola ta' salvagward.
|
|
(30)
|
It-testijiet speċifikati għall-biodigradibilità ta' surfactants għandhom isiru f'laboratorji li jħarsu standard magħruf internazzjonalment, jiġifieri l-EN/ISO/IEC/17025 jew il-prinċipji ta' prattika tajba ta' laboratorju; ma jkunx ġustifikat li wieħed jitlob għall-applikazzjoni ta' din ta' l-aħħar għal surfactants eżistenti sakemm it-testijiet disponibbli għalihom ikunu saru qabel id-dħul fis-seħħ ta' l-istandard ta' hawn fuq u li għad għandhom livell paragunabbli ta' kwalità xjentifika.
|
|
(31)
|
Il-kwistjonijiet dwar biodegradazzjoni anaerobika, il-biodegradazzjoni ta' l-ingredjenti ewlenin bla surfactants u organiċi ta' diterġenti, u kontenut ta' fosfat, li m'humiex trattati f'dan ir-Regolament għandhom jiġu eżaminati mill-Kummissjoni u, meta jkun ġustifikat, trid tiġi preżentata proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Sakemm ikun hemm aktar armonizzazzjoni, Stati Membri jistgħu iżommu jew jagħmlu regoli nazzjonali dwar il-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq.
|
|
(32)
|
Il-ħames Direttivi u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-parti(1) tad-dokument li jsemmi l-fatti u li huma sostitwiti b'dan ir-Regolament għandhom jiġu mħassra,
|
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|