+Artikolu 1 Suġġett u prinċipji ġenerali
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 3a.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 1 6.

Artikolu 1 Suġġett u prinċipji ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja li għandha tintbagħat lill-ANK minn:

(a) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti li japplikaw standard tal-kontabilità internazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 għal rapportar superviżorju fuq bażi kkonsolidata skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti, minbarra dawk imsemmija fil-punt (a), li huma soġġetti għal oqfsa tal-kontabilità nazzjonali fuq il-bażi tad-Direttiva 86/635/KEE;

(c) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti fuq bażi individwali u friegħi sinifikanti;

(d) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti fir-rigward ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti jew pajjiż terz;

(e) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li japplikaw standards tal-Kontabilità internazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 għal rapportar superviżorju fuq bażi kkonsolidata skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti, minbarra dawk imsemmija fil-punt (e), li huma soġġetti għal oqfsa tal-kontabilità nazzjonali fuq bażi kkonsolidata bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE;

(g) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti fuq bażi individwali u friegħi inqas sinifikanti.

Artikolu 1 2.
Bħala eċċezzjoni għall-Artikoli 7 u 14, istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu ngħataw eżenzjoni rigward l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, skont l-Artikolu 7 jew 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, m’għandhomx ikunu meħtieġa jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja skont dan ir-Regolament. Meta istituzzjonijiet ta’ kreditu ma jirrapportawx informazzjoni finanzjarja superviżorja fuq bażi individwali skont dan il-paragrafu, l-ANK għandhom jissottomettu lill-BĊE kwalunkwe formola speċifikat fl-Anness III jew IV ►M3  tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 ( 1 ) ◄ li huma jiġbru b’rabta ma’ dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.
Artikolu 1 3.
Meta l-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE, jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Partijiet Tnejn sa Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fit-Titolu VII tad-Direttiva 2013/36/UE fuq bażi subkonsolidata skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dawk l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw ukoll fuq bażi subkonsolidata mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament fuq bażi konsolidata.
Artikolu 1 3a.
Meta istituzzjonijiet prinċipali japplikaw metodu ta’ konsolidazzjoni individwali skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dawk l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament fuq bażi individwali billi japplikaw biss il-metodu ta’ konsolidazzjoni individwali.
Artikolu 1 4.
L-ANK u/jew il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jużaw id-data miġbura skont dan ir-Regolament għal kwalunkwe kompitu ieħor.
Artikolu 1 5.
Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa l-istandards tal-kontabilità applikati minn entitajiet taħt superviżjoni fil-kontijiet konsolidati jew fil-kontijiet annwali tagħhom, u lanqas ma jibdel l-istandards tal-kontabilità applikati għar-rapportar superviżorju. Billi entitajiet taħt superviżjoni japplikaw standards tal-kontabilità differenti, għandha tintbagħat biss informazzjoni relatata ma’ regoli ta’ valutazzjoni, inklużi metodi għall-istima ta’ telf mir-riskju ta’ kreditu, li jeżistu taħt l-istandards tal-kontabilità rilevanti u li huma applikati mill-entitajiet taħt superviżjoni korrispondenti fuq bażi individwali jew ikkonsolidata. Għal dawn l-iskopijiet, formoli ta’ rapportar speċifiċi huma pprovduti għal entitajiet taħt superviżjoni li japplikaw oqfsa tal-kontabilità nazzjonali bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE. Punti ta’ data fil-formoli li ma japplikawx għall-entitajiet taħt superviżjoni rispettivi ma għandhomx għalfejn jiġu rrapportati.
Artikolu 1 6.
Friegħi sinifikanti u inqas sinifikanti jistgħu jissottomettu l-informazzjoni li huma meħtieġa jipprovdu taħt dan ir-Regolament lill-ANK relevanti permezz tal-istituzzjoni ta’ kreditu li permezz tagħha huma ġew stabbiliti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit