|
+Artikolu 1 1. |
Artikolu 1 1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja li għandha tintbagħat lill-ANK minn:
(a)
istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti li japplikaw standard tal-kontabilità internazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 għal rapportar superviżorju fuq bażi kkonsolidata skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(b)
istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti, minbarra dawk imsemmija fil-punt (a), li huma soġġetti għal oqfsa tal-kontabilità nazzjonali fuq il-bażi tad-Direttiva 86/635/KEE;
(c)
istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti fuq bażi individwali u friegħi sinifikanti;
(d)
istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti fir-rigward ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti jew pajjiż terz;
(e)
istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li japplikaw standards tal-Kontabilità internazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 għal rapportar superviżorju fuq bażi kkonsolidata skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(f)
istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti, minbarra dawk imsemmija fil-punt (e), li huma soġġetti għal oqfsa tal-kontabilità nazzjonali fuq bażi kkonsolidata bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE;
(g)
istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti fuq bażi individwali u friegħi inqas sinifikanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|