+Artikolu 9 Format u frekwenza ta’ rapportar minn istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti fir-rigward ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti jew pajjiż terz
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 1a.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.

Artikolu 9 Format u frekwenza ta’ rapportar minn istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti fir-rigward ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti jew pajjiż terz

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.

Informazzjoni finanzjarja superviżorja fir-rigward ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti jew pajjiż terz għandhom ikunu rrapportati skont kif ġej:

(a) 

Istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti li japplikaw IFRS fuq bażi kkonsolidata skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, inklużi dawk li japplikawhom għal rapportar superviżorju skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni finanzjarja speċifikata fil-paragrafu 1 tal-Anness II tkun sottomessa fuq bażi individwali lill-ANK relevanti fir-rigward ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti jew pajji terz. ►M3  Ir-rapportar superviżorju finanzjarju għandu jseħħ bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451. ◄

(b) 

Istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti, minbarra dawk imsemmija fil-punt a, li huma soġġetti għal oqfsa tal-kontabilità nazzjonali fuq bażi kkonsolidata abbażi tad-Direttiva 86/635/KEE, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni finanzjarja superviżorja speċifikata fil-paragrafu 2 tal-Anness II hija sottomessa fuq bażi individwali lill-ANK relevanti fir-rigward ta’ sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti jew f’pajji terz. ►M3  Ir-rapportar superviżorju finanzjarju għandu jseħħ bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451. ◄

Artikolu 9 1a.
Meta aktar minn istituzzjoni ta’ kreditu waħda fi ħdan grupp taħt superviżjoni tapplika rekwiżiti prudenzjali fuq bażi kkonsolidata, il-paragrafu 1 għandu japplika biss għall-istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fi Stat Membru parteċipanti u fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni.
Artikolu 9 2.
Bħala eċċezzjoni mill-paragrafu 1, informazzjoni finanzjarja li tikkonċerna sussidjarji li għandhom valur ta’ assi totali ta’ EUR 3 biljun jew inqas m’għandhomx jiġu rrapportati. Għal dan l-iskop, il-valur totali tal-assi għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar prudenzjali skont il-liġi applikabbli. Jekk il-valur totali tal-assi ma jistax jiġi ddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar prudenzjali, dan għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-kontijiet annwali awditjati l-aktar reċenti, u jekk dawk il-kontijiet annwali ma jkunux disponibbli, fuq il-bażi tal-kontijiet annwali mħejjija skont il-liġijiet tal-kontabilità nazzjonali applikabbli.
Artikolu 9 3.
L-informazzjoni għandha tiġi rrapportata skont il-paragrafu 1 mid-data ta’ referenza tar-rapportar li jmiss għal rapportar trimestrali fejn il-valur totali tal-assi ta’ sussidjarja jkun jaqbeż EUR 3 biljun f’erba’ dati ta’ referenza tar-rapportar konsekuttivi għal rapportar trimestrali. Rapportar skont il-paragrafu 1 mhuwiex meħtieġ mid-data ta’ referenza tar-rapportar li jmiss għal rapportar trimestrali fejn il-valur totali tal-assi ta’ sussidjarja jkun inqas minn jew daqs EUR 3 biljun fi tliet dati ta’ referenza tar-rapportar konsekuttivi għal rapportar trimestrali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit