+Artikolu 14 Format u frekwenza ta’ rapportar fuq bażi individwali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma parti minn grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
---+Artikolu 14 8.
---+Artikolu 14 9.
---+Artikolu 14 10.

Artikolu 14 Format u frekwenza ta’ rapportar fuq bażi individwali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma parti minn grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
Istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti taħt superviżjoni li japplikaw IFRS skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew għaliex iħejju l-kontijiet annwali tagħhom b’mod konformi mal-istandards tal-kontabilità msemmija fih, jew inkella għaliex japplikawhom għal rapportar superviżorju skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u li huma parti minn grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja lill-ANK rilevanti fuq bażi individwali.
Artikolu 14 2.

Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 11 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fl-Anness II.

Artikolu 14 3.
L-ANK għandhom jissottomettu lill-BĊE kwalunkwe formola addizzjonali speċifikata fl-Anness III ►M3  tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 ◄ miġbur mill-ANK. L-ANK għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bil-quddiem dwar kwalunkwe formola addizzjonali li jkun biħsiebhom jibagħtu.
Artikolu 14 4.
Istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, li huma soġġetti għal oqfsa tal-kontabilità nazzjonali bbażati fuq id-Direttiva 86/635/KEE u huma parti minn grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja lill-ANK rilevanti.
Artikolu 14 5.
Ir-rapportar finanzjarju superviżorju msemmi fil-paragrafu 4 għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/451 u għandu jinkludi l-informazzjoni minima komuni speċifikata fl-Anness II.
Artikolu 14 6.
L-ANK għandhom jibagħtu lill-BĊE kwalunkwe formola addizzjonali speċifikata fl-Anness IV ►M3  tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 ◄ miġbur mill-ANK. L-ANK għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bil-quddiem dwar kwalunkwe formola addizzjonali li jkun biħsiebhom jibagħtu.
Artikolu 14 7.
Bħala eċċezzjoni għall-paragrafi 2, 3, 5 u 6, ir-rapportar finanzjarju superviżorju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti taħt superviżjoni li l-assi tagħhom ikollhom valur totali ta’ inqas minn EUR 3 biljun għandu jinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III. Għal dan l-iskop, il-valur totali tal-assi tal-istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar prudenzjali skont il-liġi applikabbli. Jekk il-valur totali tal-assi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti ma jistax jiġi ddeterminat fuq il-bażi tar-rapportar prudenzjali, dan għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-kontijiet annwali awditjati l-aktar reċenti, u jekk dawk il-kontijiet annwali ma jkunux disponibbli, fuq il-bażi tal-kontijiet annwali mħejjija skont il-liġijiet tal-kontabilità nazzjonali applikabbli.
Artikolu 14 8.
Istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti għandhom jibdew jirrapportaw informazzjoni skont il-paragrafi 2, 3, 5 u 6 mid-data ta’ referenza tar-rapportar li jmiss għal rapportar trimestrali meta l-valur totali tal-assi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti jkun jaqbeż EUR 3 biljun f’erba’ dati ta’ referenza tar-rapport konsekuttivi għal rapportar trimestrali. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti għandhom jibdew jirrapportaw informazzjoni skont il-paragrafu 7 meta l-valur totali tal-assi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu inqas sinifikanti jkun inqas minn jew daqs EUR 3 biljun fi tlett dati ta’ referenza tar-rapportar konsekuttivi għal rapportar trimestrali.
Artikolu 14 9.
L-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 2, 3, 5, 6, u 7 għandha tiġi rrapportata kif hemm stabbilit fl-Artikolu 6(5) ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 14 10.
L-ANK jistgħu jiġbru l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-BĊE kif speċifikat fil-paragrafi 2, 3, 5, 6 u 7 bħala parti minn qafas ta’ rapportar nazzjonali usa’ li, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali rilevanti, jinkludi informazzjoni finanzjarja superviżorja addizzjonali u taqdi wkoll skopijiet li ma jkunux biss ta’ superviżjoni, bħal skopijiet statistiċi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit