+Artikolu 37 Obbligi tal-fabbrikanti fir-rigward tar-rapportar tal-produzzjoni
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 5.
|
Artikolu 37 Obbligi tal-fabbrikanti fir-rigward tar-rapportar tal-produzzjoni
Obbligi tal-fabbrikanti fir-rigward tar-rapportar tal-produzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
Il-fabbrikant għandu jippreżenta lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE lista li tinkludi l-għadd ta' magni għal kull tip ta' magna u subkategorija ta' magna li tiġi prodotta f'konformità ma' dan ir-Regolament u f'konformità mal-approvazzjoni tat-tip tal-UE minn meta ġie ppreżentat l-aħħar rapport tal-produzzjoni, jew minn meta kienu saru applikabbli għall-ewwel darba r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Dik il-lista għandha tiġi ppreżentata:
(a)
fi żmien 45 jum wara t-tmiem ta' kull sena kalendarja;
(b)
immedjatament wara kull waħda mid-dati tat-tqegħid fis-suq ta' magni msemmija fl-Anness III; u
(c)
sa kwalunkwe data oħra li l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tistipula.
|
|
Artikolu 37 2.
|
Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika kif in-numri ta' identifikazzjoni jikkorrelataw mat-tipi ta' magni jew għall-familji ta' magni korrispondenti u, fejn applikabbli, man-numri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE fejn dawk il-korrelazzjonijiet ma jkunx identifikati mis-sistema ta' kodifikazzjoni tal-magna.
|
|
Artikolu 37 3.
|
Il-lista msemmija fil-paragrafu 1 għandha tindika kwalunkwe każ li fih il-fabbrikant jieqaf jipproduċi tip ta' magna jew familja ta' magni approvati.
|
|
Artikolu 37 4.
|
Il-fabbrikant għandu jżomm kopja tal-lista msemmija fil-paragrafu 1 għal perijodu minimu ta' 20 sena wara t-tmiem tal-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE kkonċernata.
|
|
Artikolu 37 5.
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format tal-lista msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati, sal-31 ta' Diċembru 2016, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|