+Artikolu 37 1.

Artikolu 37 1.

Il-fabbrikant għandu jippreżenta lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE lista li tinkludi l-għadd ta' magni għal kull tip ta' magna u subkategorija ta' magna li tiġi prodotta f'konformità ma' dan ir-Regolament u f'konformità mal-approvazzjoni tat-tip tal-UE minn meta ġie ppreżentat l-aħħar rapport tal-produzzjoni, jew minn meta kienu saru applikabbli għall-ewwel darba r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Dik il-lista għandha tiġi ppreżentata:

(a) 

fi żmien 45 jum wara t-tmiem ta' kull sena kalendarja;

(b) 

immedjatament wara kull waħda mid-dati tat-tqegħid fis-suq ta' magni msemmija fl-Anness III; u

(c) 

sa kwalunkwe data oħra li l-awtorità tal-approvazzjoni tista' tistipula.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit