|
+Artikolu 58 5. |
Artikolu 58 5.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(3), l-Artikolu 18(2) u, fejn applikabbli, id-Direttiva 2008/57/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 (
8
), il-magni ta' transizzjoni u, fejn applikabbli, il-makkinarju mobbli mhux tat-triq fejn jiġu installati dawk il-magni ta' transizzjoni jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq matul il-perijodu ta' transizzjoni, sakemm il-makkinarju fejn tiġi installata l-magna ta' transizzjoni jkollu data tal-produzzjoni li ma tkun aktar tard minn 18-il xahar wara l-bidu tal-perijodu ta' transizzjoni. Għal magni tas-subkategoriji tal-kategorija NRE li għalihom id-data stipulata fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni ta’ Stadju V hija l-1 ta’ Jannar 2020, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-estensjoni tal-perijodu ta’ tranżizzjoni u tal-perijodu ta’ 18-il xahar imsemmijin fl-ewwel subparagrafu b’perijodu addizzjonali ta’ 12-il xahar għall-OEMs bi produzzjoni annwali totali ta’ inqas minn 100 unità ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq mgħammar b’magni tal-kombustjoni interna. Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ dik il-produzzjoni annwali totali, l-OEMs kollha taħt il-kontroll tal-istess persuna fiżika jew ġuridika għandhom jitqiesu bħala OEM wieħed. Għal magni tas-subkategoriji tal-kategorija NRE li għalihom id-data stipulata fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni ta’ Stadju V hija l-1 ta’ Jannar 2020, użati fi krejnijiet mobbli, il-perijodu ta’ tranżizzjoni u l-perijodu ta’ 18-il xahar imsemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu estiżi bi 12-il xahar. Għall-magni tal-kategorija NRS b'potenza tal-magna ta' inqas minn 19 KW użati fil-magni għat-tneħħija tas-silġ (snow throwers), il-perijodu ta' transizzjoni u l-perijodu ta' 18-il xahar imsemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu estiżi b'24 xahar. Għal magni tas-subkategoriji kollha li għalihom id-data stipulata fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni ta’ Stadju V hija l-1 ta’ Jannar 2019, minbarra l-magni msemmija fir-raba’ subparagrafu, il-perijodu ta’ tranżizzjoni u l-perijodu ta’ 18-il xahar imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu estiżi bi 12-il xahar. Għal magni tas-subkategoriji kollha li għalihom id-data stipulata fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni ta’ Stadju V hija l-1 ta’ Jannar 2020, minbarra l-magni msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafu, il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandu jiġi estiż b’disà xhur u l-perjodu ta’ 18-il xahar imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi estiż b’sitt xhur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|