+Artikolu 58 Dispożizzjonijiet transitorji
---+Artikolu 58 1.
---+Artikolu 58 2.
---+Artikolu 58 3.
---+Artikolu 58 4.
---+Artikolu 58 5.
---+Artikolu 58 6.
---+Artikolu 58 7.
---+Artikolu 58 8.
---+Artikolu 58 9.
---+Artikolu 58 10.
---+Artikolu 58 11.
---+Artikolu 58 12.
---+Artikolu 58 13.
|
Artikolu 58 Dispożizzjonijiet transitorji
Dispożizzjonijiet transitorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 58 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Kapitoli II u III, dan ir-Regolament ma għandux jinvalida, qabel id-dati għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbiliti fl-Anness III, kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE jew eżenzjoni.
|
|
Artikolu 58 2.
|
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni jistgħu, f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fil-5 ta' Ottubru 2016 jkomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip tal-UE sad-dati obbligatorji stabbiliti fl-Anness III għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni u jkomplu jagħtu eżenzjonijiet f'konformità ma' dik il-leġiżlazzjonisad-dati obbligatorji stabbiliti fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni. L-Istati Membri jistgħu, f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fil-5 ta' Ottubru 2016 jkomplu jippermettu t-tqegħid fis-suq ta' magni sad-dati obbligatorji stabbiliti fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni.
|
|
Artikolu 58 3.
|
B'deroga minn dan ir-Regolament, il-magni li rċevew approvazzjoni tat-tip tal-UE skont il-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fil-5 ta' Ottubru 2016, jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (CCNR) u adottati bħala l-Istadju II tas-CCNR, fil-qafas tal-Konvenzjoni Riveduta għal Navigazzjoni fuq ir-Renu, jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sad-dati għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbiliti fl-Anness III. F'tali każijiet, l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta' magni li jikkonformaw mat-tip approvat.
|
|
Artikolu 58 4.
|
Il-magni li fil-5 ta' Ottubru 2016 ma kinux jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 97/68/KE jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq fuq il-bażi tar-regoli nazzjonali fis-seħħ, jekk ikun hemm, sad-dati għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbiliti fl-Anness III.
|
|
Artikolu 58 5.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(3), l-Artikolu 18(2) u, fejn applikabbli, id-Direttiva 2008/57/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 (
8
), il-magni ta' transizzjoni u, fejn applikabbli, il-makkinarju mobbli mhux tat-triq fejn jiġu installati dawk il-magni ta' transizzjoni jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq matul il-perijodu ta' transizzjoni, sakemm il-makkinarju fejn tiġi installata l-magna ta' transizzjoni jkollu data tal-produzzjoni li ma tkun aktar tard minn 18-il xahar wara l-bidu tal-perijodu ta' transizzjoni. Għal magni tas-subkategoriji tal-kategorija NRE li għalihom id-data stipulata fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni ta’ Stadju V hija l-1 ta’ Jannar 2020, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-estensjoni tal-perijodu ta’ tranżizzjoni u tal-perijodu ta’ 18-il xahar imsemmijin fl-ewwel subparagrafu b’perijodu addizzjonali ta’ 12-il xahar għall-OEMs bi produzzjoni annwali totali ta’ inqas minn 100 unità ta’ makkinarju mobbli mhux tat-triq mgħammar b’magni tal-kombustjoni interna. Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ dik il-produzzjoni annwali totali, l-OEMs kollha taħt il-kontroll tal-istess persuna fiżika jew ġuridika għandhom jitqiesu bħala OEM wieħed. Għal magni tas-subkategoriji tal-kategorija NRE li għalihom id-data stipulata fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni ta’ Stadju V hija l-1 ta’ Jannar 2020, użati fi krejnijiet mobbli, il-perijodu ta’ tranżizzjoni u l-perijodu ta’ 18-il xahar imsemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu estiżi bi 12-il xahar. Għall-magni tal-kategorija NRS b'potenza tal-magna ta' inqas minn 19 KW użati fil-magni għat-tneħħija tas-silġ (snow throwers), il-perijodu ta' transizzjoni u l-perijodu ta' 18-il xahar imsemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu estiżi b'24 xahar. Għal magni tas-subkategoriji kollha li għalihom id-data stipulata fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni ta’ Stadju V hija l-1 ta’ Jannar 2019, minbarra l-magni msemmija fir-raba’ subparagrafu, il-perijodu ta’ tranżizzjoni u l-perijodu ta’ 18-il xahar imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu estiżi bi 12-il xahar. Għal magni tas-subkategoriji kollha li għalihom id-data stipulata fl-Anness III għat-tqegħid fis-suq tal-magni ta’ Stadju V hija l-1 ta’ Jannar 2020, minbarra l-magni msemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafu, il-perjodu ta’ tranżizzjoni għandu jiġi estiż b’disà xhur u l-perjodu ta’ 18-il xahar imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi estiż b’sitt xhur.
|
|
Artikolu 58 6.
|
Soġġett għall-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-magni ta' transizzjoni għandhom jissodisfaw mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
ikunu konformi mat-tipi ta' magni jew familji ta' magni li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħhom m'għadhiex valida skont il-punt (a) tal-Artikolu 30(2), u jkunu, fid-dati tal-produzzjoni tal-magni, koperti minn approvazzjoni tat-tip tal-UE valida li tkun f'konformità mal-aħħar limiti tal-emissjonijiet applikabbli definiti fil-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fil-5 ta' Ottubru 2016;
(b)
jappartjenu għal medda tal-potenza li ma kinitx soġġetta għal approvazzjoni tat-tip ta' emissjonijiet ta' inkwinanti fil-livell tal-Unjoni fil-5 ta' Ottubru 2016; jew
(c)
jintużaw jew maħsuba biex jintużaw f'applikazzjoni li ma kinitx soġġetta għal approvazzjoni tat-tip relatata ma' emissjonijiet ta' inkwinanti fil-livell tal-Unjoni fil-5 ta' Ottubru 2016.
|
|
Artikolu 58 7.
|
Il-perijodu għat-tqegħid fis-suq ta' magni ta' transizzjoni għandu jkun limitat għal:
(a)
24 xahar mid-data applikabbli għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbilita fl-Anness III, fil-każ previst fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5;
(b)
36 xahar mid-data applikabbli għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbilita fl-Anness III, fil-każ previst fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 5;
(c)
48 xahar mid-data applikabbli għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbilita fl-Anness III, fil-każ previst fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 5;
▼M1
(d)
36 xahar mid-data applikabbli għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbilita fl-Anness III, fil-każ previst fil-ħames subparagrafu tal-paragrafu 5;
▼M2
(e)
33 xahar mid-data applikabbli għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbilita fl-Anness III, fil-każ previst fis-sitt subparagrafu tal-paragrafu 5.
▼B
|
|
Artikolu 58 8.
|
Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li l-magni ta' transizzjoni li jitqiegħdu fis-suq matul il-perijodu ta' transizzjoni jikkonformaw mal-marka msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 32(2).
|
|
Artikolu 58 9.
|
Minkejja l-Artikolu 5(3), l-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 22, l-Istati Membri jistgħu, għal perijodu li jintemm mhux aktar tard mis-17 ta' Settembru 2026, jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni tal-kategorija RLL b'potenza netta massima ta' aktar minn 2 000 kW li ma jikkonformawx mal-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II biex jiġu installati f'lokomottivi li jistgħu jaħdmu biss fuq netwerk ferrovjarja teknikament iżolata ta' 1 520 mm. Matul dak il-perijodu, il-magni li jitqiegħdu fis-suq għandhom, bħala minimu, jikkonformaw mal-limiti tal-emissjonijiet li l-magni kellhom jissodisfaw sabiex jitqiegħdu fis-suq fil-31 ta' Diċembru 2011. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-UE u għandhom jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' dawn il-magni.
|
|
Artikolu 58 10.
|
Minkejja l-Artikoli 5(3) u 18(2), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni ta' sostituzzjoni, għal perijodu mhux itwal minn 15-il sena, li jibda mid-dati applikabbli għat-tqegħid fis-suq ta' magni ta' Stadju V stabbiliti fl-Anness III, sakemm dawn il-magni jappartjenu għal kategorija ekwivalenti għal NRE jew NRS, ikollhom potenza referenzjarja ta' mhux inqas minn 19 kW, jew jappartjenu għal kategorija ekwivalenti għal NRG, fejn il-magna ta' sostituzzjoni u l-magna oriġinali jappartjenu għal kategorija ta' magna jew medda tal-potenza li ma kinitx soġġetta għall-approvazzjoni tat-tip fil-livell tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2016.
|
|
Artikolu 58 11.
|
Minkejja l-Artikoli 5(3) u 18(2), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni ta' sostituzzjoni, għal perijodu mhux itwal minn 20 sena, li jibda mid-dati applikabbli għat-tqegħid fis-suq ta' magni ta' Stadju V stabbiliti fl-Anness III, sakemm dawn il-magni:
(a)
jappartjenu għall-kategorija NRE b'potenza referenzjarja ta' mhux inqas minn 19 kW u mhux aktar minn 560 kW, u jkunu konformi ma' stadju ta' emissjonijiet li jkun skada mhux aktar minn 20 sena qabel it-tqegħid fis-suq ta' dawk il-magni u li jkun rigoruż tal-inqas daqs il-limiti ta' emissjonijiet li l-magna li ser tiġi sostitwita kellha tissodisfa meta tqiegħdet fis-suq oriġinarjament;
(b)
jappartjenu għal kategorija ekwivalenti għal NRE u b'potenza referenzjarja akbar minn 560 kW, fejn il-magna ta' sostituzzjoni u l-magna oriġinali jappartjenu għal kategorija ta' magni jew medda tal-potenza li ma kinitx soġġetta għall-approvazzjoni tat-tip fil-livell tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2016;
|
|
Artikolu 58 12.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan ir-Regolament, għal perijodu li jintemm mhux aktar tard mis-17 ta' Settembru 2026, għal magni installati f'makkinarju għall-ħsad tal-qoton.
|
|
Artikolu 58 13.
|
Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw li l-magni ta' sostituzzjoni jikkonformaw mal-marka msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 32(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|