+Artikolu 58 11.

Artikolu 58 11.

Minkejja l-Artikoli 5(3) u 18(2), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' magni ta' sostituzzjoni, għal perijodu mhux itwal minn 20 sena, li jibda mid-dati applikabbli għat-tqegħid fis-suq ta' magni ta' Stadju V stabbiliti fl-Anness III, sakemm dawn il-magni:

(a) 

jappartjenu għall-kategorija NRE b'potenza referenzjarja ta' mhux inqas minn 19 kW u mhux aktar minn 560 kW, u jkunu konformi ma' stadju ta' emissjonijiet li jkun skada mhux aktar minn 20 sena qabel it-tqegħid fis-suq ta' dawk il-magni u li jkun rigoruż tal-inqas daqs il-limiti ta' emissjonijiet li l-magna li ser tiġi sostitwita kellha tissodisfa meta tqiegħdet fis-suq oriġinarjament;

(b) 

jappartjenu għal kategorija ekwivalenti għal NRE u b'potenza referenzjarja akbar minn 560 kW, fejn il-magna ta' sostituzzjoni u l-magna oriġinali jappartjenu għal kategorija ta' magni jew medda tal-potenza li ma kinitx soġġetta għall-approvazzjoni tat-tip fil-livell tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2016;

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit