+Artikolu 4 Impenji u miri
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
|
Artikolu 4 Impenji u miri
Impenji u miri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Għall-perjodu mill-2021 sal-2025, filwaqt li jqis il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 12, 13 u 13a, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra ma jaqbżux l-assorbimenti ta' gassijiet serra, ikkalkolati bħala s-somma tal-emissjonijiet totali u tal-assorbimenti totali fit-territorju tiegħu fil-kategoriji kollha ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(1).
|
|
Artikolu 4 2.
|
Il-mira tal-Unjoni għall-2030 għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra hija ta' 310 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 bħala somma tal-valuri tal-emissjonijiet u l-assorbimenti netti ta' gassijiet serra mill-Istati Membri fl-2030 stabbiliti fil-kolonna D tal-Anness IIa, u għandha tkun ibbażata fuq il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tagħha għas-snin 2016, 2017 u 2018 kif ippreżentata fl-2020.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Kull Stat Membru għandu jiżgura, filwaqt li jqis il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 12 u 13b, li s-somma tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti ta' gassijiet serra tiegħu fit-territorju tiegħu u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j), irrapportata għas-sena 2030 fl-inventarju tal-gassijiet serra tagħha ppreżentat fl-2023, meta mqabbla mal-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tagħha għas-snin 2016, 2017 u 2018 kif ippreżentata fl-2032, ma taqbiżx il-mira stabbilita għal dak l-Istat Membru fil-kolonna C tal-Anness IIa.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-somma tad-differenzi bejn il-punti li ġejjin għal kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2029 ma taqbiżx il-baġit għall-perjodu mill-2026 sa 2029:
(a)
l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra tiegħu fit-territorju tiegħu u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j); u
(b)
il-valur medju għad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tiegħu għas-snin 2021, 2022 u 2023, kif ippreżentata fl-2032.
Il-baġit għall-perjodu mill-2026 sal-2029 għandu jkun definit bħala s-somma tad-differenzi għal kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2029 għal dak l-Istat Membru bejn:
(a)
il-valuri limitu annwali tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra għal dawk is-snin, stabbiliti abbażi ta' trajettorja lineari lejn l-2030; u
(b)
il-valur medju tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tiegħu għas-snin 2021, 2022 u 2023, kif ippreżentata fl-2025.
It-trajettorja lineari ta' Stat Membru għandha tibda fl-2022 bil-valur medju għad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2021, 2022 u 2023, u jkollha bħala l-punt tat-tmiem tagħha għall-2030 il-valur miksub billi jiżdied il-valur stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna C tal-Anness IIa mal-valur medju għad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2016, 2017 u 2018. Il-baġit għall-perjodu mill-2026 sal-2029 għandu jiġi definit abbażi tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra ppreżentata fl-2025 u l-konformità ma' dan il-baġit għandha tiġi vvalutata abbażi tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra ppreżentata fl-2032.
|
|
Artikolu 4 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-valuri ta' limitu annwali bbażati fuq it-trajettorja lineari għall-assorbimenti netti ta' gassijiet serra għal kull Stat Membru, għal kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2029, f'termini ta' tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2. Dawk it-trajettorji nazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq il-medja tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2021, 2022 u 2023, irrapportata minn kull Stat Membru. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16a ta' dan ir-Regolament. Għall-fini ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tal-aktar data tal-inventarju nazzjonali reċenti ppreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26(4) tar-Regolament (UE) 2018/1999.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Meta jadottaw politiki biex jikkonformaw mal-impenji, il-miri u l-baġits tagħhom kif imsemmi f'dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jiżguraw tranżizzjoni ġusta u soċjalment ekwa għal kulħadd. Il-Kummissjoni tista' toħroġ gwida biex tappoġġja lill-Istati Membri f'dak ir-rigward.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|