|
+Artikolu 4 4. |
Artikolu 4 4.Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-somma tad-differenzi bejn il-punti li ġejjin għal kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2029 ma taqbiżx il-baġit għall-perjodu mill-2026 sa 2029:
(a)
l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra tiegħu fit-territorju tiegħu u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art imsemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (a) sa (j); u
(b)
il-valur medju għad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tiegħu għas-snin 2021, 2022 u 2023, kif ippreżentata fl-2032. Il-baġit għall-perjodu mill-2026 sal-2029 għandu jkun definit bħala s-somma tad-differenzi għal kull sena fil-perjodu mill-2026 sal-2029 għal dak l-Istat Membru bejn:
(a)
il-valuri limitu annwali tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra għal dawk is-snin, stabbiliti abbażi ta' trajettorja lineari lejn l-2030; u
(b)
il-valur medju tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra tiegħu għas-snin 2021, 2022 u 2023, kif ippreżentata fl-2025. It-trajettorja lineari ta' Stat Membru għandha tibda fl-2022 bil-valur medju għad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2021, 2022 u 2023, u jkollha bħala l-punt tat-tmiem tagħha għall-2030 il-valur miksub billi jiżdied il-valur stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna C tal-Anness IIa mal-valur medju għad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra għas-snin 2016, 2017 u 2018. Il-baġit għall-perjodu mill-2026 sal-2029 għandu jiġi definit abbażi tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra ppreżentata fl-2025 u l-konformità ma' dan il-baġit għandha tiġi vvalutata abbażi tad-data tal-inventarju tal-gassijiet serra ppreżentata fl-2032. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|