|
+ANNESS V |
ANNESS VANNESS V FUNZJONI TA’ DIŻINTEGRAZZJONI TAL-EWWEL GRAD, METODOLOĠIJI U VALURI PRESTABBILITI TA’ NOFS IL-ĦAJJA GĦALL-PRODOTTI TAL-INJAM MAĦSUD Kwistjonijiet metodoloġiċi
—
Jekk ma jkunx possibbli li ssir distinzjoni bejn il-prodotti tal-injam maħsud fil-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art tal-art afforestata u l-art forestali ġestita, Stat Membru jista’ jagħżel li jikkontabbilizza l-prodotti tal-injam maħsud bil-preżunzjoni li l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha seħħew fuq art forestali ġestita.
—
Il-prodotti tal-injam maħsud fil-miżbliet ta’ skart solidu u l-prodotti tal-injam maħsud għall-finijiet tal-enerġija għandhom jiġu kkontabbilizzati abbażi ta’ ossidazzjoni istantanja.
—
Il-prodotti importati tal-injam maħsud, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, ma għandhomx jiġu kkontabbilizzati mill-Istat Membru li jkun qed jimpurtahom (“l-approċċ ta’ produzzjoni”).
—
Għal prodotti tal-injam maħsud esportati, id-data speċifika għall-pajjiż tirreferi għall-valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż u l-użu ta’ prodotti tal-injam maħsud fil-pajjiż li qed jimpurtahom.
—
Il-valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż għal prodotti tal-injam maħsud imqiegħda fis-suq tal-Unjoni ma għandhomx jiddevjaw minn dawk użati mill-Istat Membru importatur.
—
Għall-finijiet ta’ informazzjoni biss, fis-sottomissjoni tagħhom l-Istati Membri jistgħu jipprovdu data dwar is-sehem tal-injam għall-finijiet ta’ enerġija li kien importat minn barra l-Unjoni, u l-pajjiżi ta’ oriġini ta’ tali injam.
L-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġiji u valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż minflok il-metodoloġiji u l-valuri prestabbiliti ta’ nofs il-ħajja speċifikati f’dan l-Anness, sakemm tali metodoloġiji u l-valuri jiġu ddeterminati abbażi ta’ data trasparenti u verifikabbli u li l-metodoloġiji użati jkunu tal-anqas dettaljati u preċiżi daqs dawk speċifikati fl-Anness. Valuri prestabbiliti ta’ nofs il-ħajja: Valur ta’ nofs il-ħajja tfisser l-għadd ta’ snin li jridu jgħaddu biex il-kwantità ta’ karbonju maħżun f’kategorija waħda tal-prodotti tal-injam maħsud tonqos għal nofs il-valur inizjali tiegħu. Il-valuri prestabbiliti ta’ nofs il-ħajja għandhom ikunu kif ġej:
(a)
sentejn għall-karta;
(b)
25 sena għall-panewijiet tal-injam;
(c)
35 sena għall-injam issegat. L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-prodotti ta’ materjali bbażati mill-injam, inkluż qxur tas-siġar, li jaqgħu f’dawk il-kategoriji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) hawn fuq, abbażi tal-Linji Gwida tal-IPCC kif adottati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC jew mill-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l -Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, dment li d-data disponibbli tkun trasparenti u verifikabbli. L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll subkategoriji speċifiċi għall-pajjiż ta’ kwalunkwe kategorija minn dawn. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|