+ANNESS VI

ANNESS VI

ANNESS VI

KALKOLU TAL-LIVELLI TA’ BAŻI GĦAL DISTURBI NATURALI

1. 

Għall-kalkolu tal-livell ta’ bażi, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-livelli storiċi ta’ emissjonijiet ikkawżati minn disturbi naturali;

(b) 

it-tip(i) ta’ disturbi naturali inklużi fl-istima;

▼M2

(c) 

l-istimi tat-total ta' emissjonijiet annwali għal dawk it-tipi ta' disturbi naturali għall-perjodu mill-2001 sal-2020, elenkati skont il-kategoriji tal-kontabbiltà tal-art fil-perjodu mill-2021 sal-2025 u fil-kategoriji kollha ta' rapportar tal-art fil-perjodu mill-2026 sal-2030;

▼B

(d) 

dimostrazzjoni tal-konsistenza fis-serje temporali fil-parametri rilevanti kollha, inklużi ż-żona minima, il-metodoloġiji għall-istima tal-emissjonijiet, il-koperturi ta’ raggruppamenti u gassijiet tal-karbonju.

2. 

Il-livell ta’ bażi jiġi kkalkulat bħala l-medja tas-serje temporali 2001-2020, eskluż is-snin kollha li fihom jiġu reġistrati livelli anormali ta’ emissjonijiet, jiġifieri esklużi l-livelli statistiċi kollha barra l-limitu. L-identifikazzjoni tal-livelli statistiċi barra l-limitu għandha ssir kif ġej:

(a) 

ikkalkula l-valur aritmetiku medju u d-devjazzjoni standard tas-serje temporali kollha 2001-2020;

(b) 

eskludi mis-serje temporali s-snin kollha li fihom l-emissjonijiet annwali jkunu barra mid-doppju tad-devjazzjoni standard madwar il-medja;

(c) 

ikkalkula mill-ġdid il-valur aritmetiku medju u d-devjazzjoni standard tas-serje temporali 2001-2020 u naqqas is-snin esklużi fil-punt (b);

(d) 

irrepeti l-punti (b) u (c) sakemm ma jiġi identifikat ebda livell barra l-limitu.

▼M2

3. 

Wara li jiġi kkalkolat il-livell ta' bażi skont il-punt 2 ta' dan l-Anness, jekk l-emissjonijiet f'sena partikolari fil-perjodi mill-2021 sal-2025 għall-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art, l-art forestali u l-art forestali ġestita kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) jaqbżu l-livell ta' bażi kif ukoll il-marġni, l-ammont ta' emissjonijiet li jaqbżu l-livell ta' bażi jista' jiġi eskluż f'konformità mal-Artikolu 10. Il-marġni għandu jkun ugwali għal livell ta' probabbiltà ta' 95 %.

4. 

L-emissjonijiet li ġejjin ma għandhomx jiġu esklużi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10:

(a) 

l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' ħsad u qtugħ ta' salvataġġ li jkunu twettqu fuq l-art wara l-okkorrenza ta' disturbi naturali;

(b) 

l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-ħruq preskritt li jkun twettaq fuq l-art fi kwalunkwe sena tal-perjodu mill-2021 sal-2025;

(c) 

l-emissjonijiet fuq artijiet li kienu soġġetti għal deforestazzjoni wara l-okkorrenza ta' disturbi naturali.

▼B

5. 

Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 10(2) jinkludu dan li ġej:

▼M2 —————

▼M2

(b) 

evidenza li ma tkun seħħet ebda deforestazzjoni matul il-bqija tal-perjodu mill-2021 sal-2025 fuq artijiet li kienu affettwati minn disturbi naturali u li fir-rigward tagħhom l-emissjonijiet ġew esklużi mill-kontabbiltà;

(c) 

deskrizzjoni ta' metodi u kriterji verifikabbli li għandhom jintużaw biex tiġi identifikata d-deforestazzjoni fuq dawk l-artijiet fis-snin sussegwenti tal-perjodu mill-2021 sal-2025.

▼M2 —————

▼M2

6. 

Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni skont l-Artikolu 10(2) u l-Artikoli 13 u 13b għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) 

l-identifikazzjoni taż-żoni tal-art kollha affettwati minn disturbi naturali f'dik is-sena partikolari, inklużi l-lokalità ġeografika tagħhom, il-perjodu u t-tipi ta' disturbi naturali;

(b) 

meta jkun fattibbli, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru jkun ħa biex jipprevjeni jew jillimita l-impatt ta' dawk id-disturbi naturali;

(c) 

meta jkun fattibbli, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru jkun ħa biex jirriabilita l-artijiet affettwati minn dawk id-disturbi naturali.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit