Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u miżuri li jikkontribwixxu għan-newtralità klimatika u għall-kisba ta’ ekonomija ċirkolari u tat-tniġġis żero billi jipprevjenu jew inaqqsu l-impatti avversi li jistgħu jirriżultaw minn vjeġġi ta’ skart u mit-trattament tal-iskart fid-destinazzjoni tiegħu. Jistabbilixxi proċeduri u reġimi ta’ kontroll għal vjeġġi ta’ skart, skont l-oriġini, id-destinazzjoni u r-rotta tal-vjeġġ, it-tip ta’ skart u t-tip ta’ trattament li jrid jiġi applikat fuq l-iskart fid-destinazzjoni tiegħu.