+TITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
------+Artikolu 2 3.
------+Artikolu 2 4.
------+Artikolu 2 5.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
|
TITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
TITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett
|
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u miżuri li jikkontribwixxu għan-newtralità klimatika u għall-kisba ta’ ekonomija ċirkolari u tat-tniġġis żero billi jipprevjenu jew inaqqsu l-impatti avversi li jistgħu jirriżultaw minn vjeġġi ta’ skart u mit-trattament tal-iskart fid-destinazzjoni tiegħu. Jistabbilixxi proċeduri u reġimi ta’ kontroll għal vjeġġi ta’ skart, skont l-oriġini, id-destinazzjoni u r-rotta tal-vjeġġ, it-tip ta’ skart u t-tip ta’ trattament li jrid jiġi applikat fuq l-iskart fid-destinazzjoni tiegħu.
|
|
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
|
|
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
|
Artikolu 3
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“taħlita ta’ skart” tfisser skart li jirriżulta minn taħlit intenzjonali jew mhux intenzjonali, ta’ żewġ tipi differenti jew aktar ta’ skart, li:
(a)
huma elenkati f’entrati differenti fl-Annessi III, IIIA, IIIB u IV, jew, meta applikabbli, f’inċiżi jew f’subinċiżi differenti ta’ tali entrati; jew
(b)
mhumiex klassifikati taħt entrata waħda unika fl-Anness III, IIIA, IIIB jew IV;
Skart ittrasportat fi vjeġġ wieħed ta’ skart, li jikkonsisti f’żewġ tipi jew aktar ta’ skart, fejn kull skart ikun separat, mhuwiex taħlita ta’ skart;
(2)
“rimi interim” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rimi elenkata taħt D8, D9, D13, D14 jew D15 fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE;
(3)
“rkupru interim” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru elenkata taħt R12 jew R13 fl-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE;
(4)
“ġestjoni li tħares l-ambjent” tfisser it-teħid tal-passi prattikabbli kollha biex jiġi żgurat li l-iskart jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares is-saħħa tal-bniedem, il-klima u l-ambjent minn effetti avversi li jistgħu jirriżultaw minn tali skart;
(5)
“destinatarju” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tal-pajjiż tad-destinazzjoni li lilha jew għaliha l-iskart jiġi ttrasportat għall-irkupru jew għar-rimi;
(6)
“notifikatur” tfisser:
(a)
fil-każ ta’ vjeġġ li joriġina minn Stat Membru, kwalunkwe waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru, li twettaq jew li tippjana li twettaq vjeġġ ta’ skart kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), (2) jew (3), jew li jkun twettqilha, jew li tippjana li jitwettqilha, tali vjeġġ, li lilha jiġi assenjat id-dmir li tinnotifika:
(i)
il-produttur oriġinali tal-iskart;
(ii)
il-produttur il-ġdid tal-iskart li jwettaq l-operazzjonijiet qabel vjeġġ li jirriżultaw f’bidla fin-natura jew fil-kompożizzjoni tal-iskart;
(iii)
kollettur li, minn kwantitajiet żgħar varji tal-istess tip ta’ skart miġbur minn varjetà ta’ sorsi, ikun ħa ħsieb l-assemblaġġ tal-vjeġġ li jkun se jitlaq minn post wieħed notifikat;
(iv)
negozjant jew sensar li jaġixxi f’isem kwalunkwe waħda mill-persuni msemmija fil-punti (i), (ii) jew (iii); jew
(v)
meta l-persuni kollha msemmija fil-punti (i) sa (iv) ma jkunux magħrufa jew ikunu insolventi, id-detentur tal-iskart;
(b)
fil-każ ta’ importazzjoni fl-Unjoni jew ta’ tranżitu tramite l-Unjoni ta’ skart li ma joriġinax minn Stat Membru, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minn dawn li ġejjin taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tal-pajjiż tad-dispaċċ li twettaq jew li tippjana li twettaq vjeġġ jew li li jkun twettqilha, jew li tippjana li jitwettqilha, vjeġġ:
(i)
il-persuna ddeżinjata mil-liġi tal-pajjiż tad-dispaċċ;
(ii)
fin-nuqqas ta’ persuna ddeżinjata mil-liġi tal-pajjiż tad-dispaċċ, id-detentur tal-iskart meta tkun seħħet l-esportazzjoni;
(7)
“persuna li torganizza l-vjeġġ” tfisser kwalunkwe waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn dawn li ġejjin taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tal-pajjiż tad-dispaċċ, li twettaq jew li tippjana li twettaq vjeġġ kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) jew (5), jew li jkun twettqilha, jew tippjana li jitwettqilha, tali vjeġġ:
(i)
il-produttur oriġinali tal-iskart;
(ii)
il-produttur il-ġdid tal-iskart li jwettaq l-operazzjonijiet qabel il-vjeġġ li jirriżultaw f’bidla fin-natura jew fil-kompożizzjoni tal-iskart,
(iii)
kollettur li, minn kwantitajiet żgħar varji tal-istess tip ta’ skart miġbur minn varjetà ta’ sorsi, ikun ħa ħsieb l-assemblaġġ tal-vjeġġ li se jitlaq minn post uniku;
(iv)
negozjant jew sensar li jaġixxi f’isem kwalunkwe persuna minn dawk imsemmija fil-punti (i), (ii) jew (iii); jew
(v)
meta l-persuni kollha msemmija fil-punti (i) sa (iv) ma jkunux magħrufa jew ikunu insolventi, id-detentur tal-iskart;
(8)
“kollettur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq ġbir ta’ skart kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (10), tad-Direttiva 2008/98/KE;
(9)
“awtorità kompetenti” tfisser:
(a)
fil-każ ta’ Stat Membru, il-korp iddeżinjat mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 75;
(b)
fil-każ ta’ pajjiż terz li jkun Parti għall-Konvenzjoni ta’ Basilea tat-22 ta’ Marzu 1989 dwar il-kontroll tal-moviment barra l-konfini ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu (“il-Konvenzjoni ta’ Basilea”), il-korp iddeżinjat minn dak il-pajjiż bħala l-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Konvenzjoni ta’ Basilea f’konformità mal-Artikolu 5 tagħha;
(c)
fil-każ ta’ kwalunkwe pajjiż mhux imsemmi jew fil-punt (a) jew fil-punt (b), il-korp li jkun ġie ddeżinjat bħala l-awtorità kompetenti mill-pajjiż jew mir-reġjun ikkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ tali deżinjazzjoni, l-awtorità regolatorja għal dak il-pajjiż jew ir-reġjun, kif xieraq, li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq vjeġġ;
(10)
“awtorità kompetenti tad-dispaċċ” tfisser l-awtorità kompetenti għaż-żona li minnha jinbeda l-vjeġġ jew li minnha jkun ippjanat li jinbeda l-vjeġġ;
(11)
“awtorità kompetenti tad-destinazzjoni” tfisser l-awtorità kompetenti għaż-żona li lejha jitwettaq jew ikun ippjanat li jitwettaq il-vjeġġ jew li fiha jitgħabba l-iskart qabel l-irkupru jew ir-rimi f’żona li ma tkun taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali ta’ ebda pajjiż;
(12)
“awtorità kompetenti ta’ tranżitu” tfisser l-awtorità kompetenti għal kwalunkwe pajjiż, għajr il-pajjiż tal-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u tal-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni, li tramite tiegħu jitwettaq jew ikun ippjanat li jitwettaq il-vjeġġ;
(13)
“pajjiż tad-dispaċċ” tfisser kwalunkwe pajjiż li minnu jinbeda jew ikun ippjanat li jinbeda vjeġġ;
(14)
“pajjiż tad-destinazzjoni” tfisser kwalunkwe pajjiż li lejh jitwettaq jew ikun ippjanat li jitwettaq vjeġġ għall-irkupru jew għar-rimi fih, jew għall-fini ta’ tagħbien qabel l-irkupru jew ir-rimi f’żona li ma tkun taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali ta’ ebda pajjiż;
(15)
“pajjiż tat-tranżitu” tfisser kwalunkwe pajjiż, barra mill-pajjiż tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni, li tramite tiegħu jitwettaq jew ikun ippjanat li jitwettaq vjeġġ;
(16)
“żona taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali ta’ pajjiż” tfisser kwalunkwe art jew żona tal-baħar li fiha stat jeżerċita responsabbiltà amministrattiva u regolatorja f’konformità mad-dritt internazzjonali fir-rigward tal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent;
(17)
“pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej” tfisser il-pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej kif elenkati fl-Anness II tat-TFUE;
(18)
“uffiċċju doganali tal-esportazzjoni” tfisser uffiċċju doganali tal-esportazzjoni kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (16), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (
7
);
(19)
“uffiċċju doganali tal-ħruġ” tfisser uffiċċju doganali tal-ħruġ kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 329 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (
8
);
(20)
“uffiċċju doganali tad-dħul” tfisser l-uffiċċju doganali tal-ewwel dħul kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (15), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446;
(21)
“importazzjoni” tfisser kwalunkwe dħul ta’ skart fl-Unjoni iżda teskludi t-tranżitu tramite l-Unjoni;
(22)
“esportazzjoni” tfisser kwalunkwe ħruġ ta’ skart mill-Unjoni iżda teskludi t-tranżitu tramite l-Unjoni;
(23)
“tranżitu” tfisser vjeġġ tramite pajjiż wieħed jew aktar, għajr il-pajjiż tad-dispaċċ jew tad-destinazzjoni;
(24)
“trasport ta’ skart” tfisser il-ġarr ta’ skart bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru, bil-baħar jew mill-passaġġi fuq l-ilma interni;
(25)
“vjeġġ” tfisser trasport ta’ skart destinat għall-irkupru jew għar-rimi mill-post li minnu jibda t-trasport sa ma l-iskart jiġi riċevut mill-faċilità li twettaq ir-rimi jew l-irkupru fil-pajjiż tad-destinazzjoni u li jitwettaq jew li jkun ippjanat li jitwettaq:
(a)
bejn pajjiż u pajjiż ieħor;
(b)
bejn pajjiż u pajjiż jew territorju ekstra-Ewropew jew żona oħra taħt il-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż;
(c)
bejn pajjiż u kwalunkwe żona ġeografika li ma tagħmel parti minn ebda pajjiż taħt id-dritt internazzjonali;
(d)
bejn pajjiż u l-Antartiku;
(e)
minn pajjiż wieħed tramite kwalunkwe żona minn dawk imsemmija fil-punti (a) sa (d);
(f)
f’pajjiż tramite kwalunkwe żona minn dawk imsemmija fil-punti (a) sa (d) u li joriġina minn dak l-istess pajjiż u jispiċċa fih; jew
(g)
minn żona ġeografika li ma tkun taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali ta’ ebda pajjiż, lejn pajjiż;
(26)
“vjeġġ illegali” tfisser kwalunkwe vjeġġ li jkun twettaq:
(a)
mingħajr notifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati skont dan ir-Regolament;
(b)
mingħajr il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati skont dan ir-Regolament;
(c)
bil-kunsens miksub mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati skont dan ir-Regolament permezz ta’ falsifikazzjoni, dikjarazzjoni falza jew frodi;
(d)
b’mod li mhuwiex f’konformità mal-informazzjoni fid-dokument ta’ notifika jew fid-dokument ta’ moviment jew li jrid jiġi pprovdut fih, għajr f’każ ta’ żbalji klerikali minuri fin-notifika jew fid-dokument ta’ moviment;
(e)
b’mod li jirriżulta f’irkupru jew f’rimi b’kontravenzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew dak internazzjonali;
(f)
kuntrarjament għall-Artikolu 4(1), l-Artikolu 4(3), jew l-Artikolu 37, 39, 40, 45, 46, 48, 49, 50 jew 52;
(g)
b’mod li, b’rabta ma’ vjeġġi ta’ skart kif imsemmija fl-Artikolu 4(4) u (5), ma jkunx f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 18, il-paragrafi 2, 4, 6 u 10, jew mal-informazzjoni li tinsab jew li trid tiġi pprovduta fid-dokument tal-Anness VII, għajr fil-każ ta’ żbalji klerikali minuri fid-dokument tal-Anness VII;
(27)
“spezzjoni” tfisser kwalunkwe azzjoni li titwettaq minn awtorità biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
(28)
“ġerarkija tal-iskart” tfisser il-ġerarkija tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(29)
“rotta magħżula” tfisser il-punt tal-ħruġ minn kull pajjiż ikkonċernat u l-punt tad-dħul fih, inklużi l-uffiċċji doganali tad-dħul, tal-ħruġ u tal-esportazzjoni;
(30)
“rotta” tfisser l-itinerarju bejn il-post fejn jibda l-vjeġġ fil-pajjiż tad-dispaċċ, tramite l-punt tal-ħruġ minn kull pajjiż ikkonċernat u l-punt tad-dħul fih, lejn il-faċilità tat-trattament fil-pajjiż tad-destinazzjoni.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta’ “skart”, “skart perikoluż”, “produttur tal-iskart”, “detentur tal-iskart”, “negozjant”, “sensar”, “immaniġġjar tal-iskart”, “użu mill-ġdid”, “trattament”, “rkupru”, “preparazzjoni għall-użu mill-ġdid”, “riċiklaġġ” u “rimi”, stabbiliti fl-Artikolu 3, il-punti (1), (2), (5), (9), (13), (15), (16), (17) u (19) tad-Direttiva 2008/98/KE, rispettivament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|