+Artikolu 23 Teħid lura meta vjeġġ soġġett għal rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali ma jkunx jista’ jiġi komplut kif intenzjonat
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
---+Artikolu 23 7.
|
Artikolu 23 Teħid lura meta vjeġġ soġġett għal rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali ma jkunx jista’ jiġi komplut kif intenzjonat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Meta vjeġġ ta’ skart imsemmi fl-Artikolu 4(4) jew (5), jew l-irkupru tiegħu, ma jkunx jista’ jiġi komplut kif intenzjonat, f’konformità mad-dokument tal-Anness VII jew il-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 18(10), u meta tali vjeġġ ma jkunx vjeġġ illegali, il-persuna li tkun organizzat il-vjeġġ f’konformità mal-Artikolu 18 għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti dwar id-dispaċċ tiegħu. F’tali każijiet, il-persuna li torganizza l-vjeġġ jew id-destinatarju, skont l-obbligi tal-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 18(10), għandhom jieħdu l-iskart lura lejn il-pajjiż tad-dispaċċ jew jiżguraw l-irkupru tiegħu b’mod alternattiv fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew xi mkien ieħor, u jiżguraw, jekk ikun meħtieġ, li jsiru arranġamenti għall-ħżin sikur tal-iskart sa ma jiġi rritornat jew sal-irkupru mhux interim jew ir-rimi mhux interim tiegħu b’mod alternattiv. It-teħid lura jew l-irkupru tal-iskart b’mod alternattiv għandu jseħħ fi żmien 90 jum jew kwalunkwe perjodu ieħor miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, wara d-data li fiha l-persuna li torganizza l-vjeġġ tkun infurmat lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ f’konformità mal-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 23 2.
|
F’każijiet ta’ arranġamenti alternattivi kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-persuna li torganizza l-vjeġġ jew id-destinatarju, kif rilevanti, għandhom jiżguraw li l-iskart ikkonċernat jiġi mmaniġġjat b’mod li jħares l-ambjent u f’konformità mal-Artikolu 59.
|
|
Artikolu 23 3.
|
F’każijiet ta’ teħid lura jew ta’ arranġamenti alternattivi barra mill-pajjiż tad-destinazzjoni inizjali, kif imsemmi fil-paragrafu 1, informazzjoni rilevanti fid-dokument tal-Anness VII għandha tiġi kompluta u sottomessa mill-persuna li tkun organizzat il-vjeġġ inizjalment, f’konformità mal-Artikolu 18. Meta l-vjeġġ għat-teħid lura jew destinat għal arranġamenti alternattivi jkun soġġett għall-Artikolu 4(1), (2) jew (3), l-Artikolu 22 għandu japplika mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 23 4.
|
Meta l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf li vjeġġ tal-iskart imsemmi fl-Artikolu 4(4) jew (5), jew l-irkupru tiegħu, ma jkunx ġie komplut kif intenzjonat u li l-obbligi li l-iskart jittieħed lura jew li jiġi organizzat l-irkupru alternattiv tiegħu f’konformità mal-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li l-persuna li tkun organizzat il-vjeġġ tieħu l-iskart lura jew torganizza l-irkupru tiegħu b’mod alternattiv u tiżgura, jekk ikun meħtieġ, li jsiru arranġamenti għall-ħżin sikur tal-iskart sa ma jiġi rritornat jew sal-irkupru mhux interim jew ir-rimi mhux interim tiegħu b’mod alternattiv. Meta ma jkunx prattikabbli għall-persuna li tkun organizzat il-vjeġġ li tissodisfa l-obbligi ta’ teħid lura, dawk l-obbligi għandhom jiġu ssodisfati minn persuna meqjusa bħala l-persuna li torganizza l-vjeġġ f’konformità mal-paragrafu 5 jew 6, meta rilevanti.
|
|
Artikolu 23 5.
|
Meta l-persuna li tirranġa l-vjeġġ speċifikat fl-Artikolu 3, il-punti 7a)(iv), tonqos milli tissodisfa kwalunkwe obbligu ta’ teħid lura stabbilit f’dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 24, il-produttur oriġinali tal-iskart, il-produttur il-ġdid tal-iskart jew il-kollettur speċifikat fl-Artikolu 3, fil-punti (7)(a)(i), (ii) jew (iii), rispettivament, li awtorizza lin-negozjant jew lis-sensar biex jaġixxi f’ismu għandu jitqies li huwa l-persuna li torganizza l-vjeġġ għall-fini ta’ dawk l-obbligi ta’ teħid lura.
|
|
Artikolu 23 6.
|
Meta l-persuna li torganizza l-vjeġġ speċifikat fl-Artikolu 3, il-punt (7)(i), (ii) jew (iii), tonqos milli twettaq kwalunkwe obbligu ta’ teħid lura stabbilit f’dan l-Artikolu jew fl-Artikolu 24, id-detentur tal-iskart speċifikat fl-Artikolu 3, il-punti (7)(v), għandu jitqies li huwa l-persuna li torganizza l-vjeġġ għall-fini ta’ dawk l-obbligi ta’ teħid lura.
|
|
Artikolu 23 7.
|
Meta ma jkunx prattikabbli għall-persuna li torganizza l-vjeġġ jew persuna meqjusa responsabbli f’konformità mal-paragrafu 5 jew 6 li tissodisfa l-obbligi ta’ teħid lura stabbiliti fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ jew persuna fiżika jew ġuridika f’isimha għandhom jitqiesu responsabbli għall-obbligi skont dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|