+Artikolu 25 5.

Artikolu 25 5.

It-teħid lura, l-irkupru jew ir-rimi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom iseħħu fi żmien 30 jum, jew f’tali perjodu ieħor kif jista’ jiġi maqbul bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, wara d-data li fiha l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf, jew tkun ġiet avżata mill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni jew tat-tranżitu dwar il-vjeġġ illegali u tkun ġiet infurmata bir-raġunijiet għal dan. Tali parir jista’ jirriżulta minn informazzjoni sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni jew tat-tranżitu, fost l-oħrajn, mingħand awtoritajiet kompetenti oħra.

Fil-każ ta’ teħid lura kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c), għandha tiġi sottomessa notifika ġdida, sakemm l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jaqblux li tkun biżżejjed talba debitament motivata mill-awtorità kompetenti inizjali tad-dispaċċ.

Jekk tkun meħtieġa notifika ġdida, din għandha tiġi sottomessa mill-persuna jew mill-awtorità determinata f’konformità mal-paragrafu 2.

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jopponu jew joġġezzjonaw ir-ritorn ta’ skart minn vjeġġ illegali. Fil-każ ta’ rkupru jew rimi b’mod alternattiv kif imsemmi fil-paragrafu 3, imwettaq barra mill-pajjiż fejn ikun ġie skopert il-vjeġġ illegali, għandha tiġi sottomessa notifika ġdida mill-persuna jew l-awtorità elenkata f’dak il-paragrafu u f’konformità mal-ordni indikat fih.

L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkooperaw, kif meħtieġ, biex jiżguraw li l-iskart jittieħed lura jew jiġi rkuprat jew mormi b’mod alternattiv kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit